Living wage


Meta ftit tal-jiem ilu l-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat semma li l-Partit Laburista kien qiegħed jikkonsidra serjament il-kunċett ‘Living Wage’, paga li tassigura dħul diċenti, kien hemm min ipprova jċekken il-ħaġa billi qal li l-Mexxej Laburista ma kienx qiegħed jivvinta r-rota mill-ġdid.

Dan hu minnu, apparti li l-Mexxej Laburista ma qalx li kien qiegħed jivvinta xi ħaġa ġdida. Hu minnu għax dan il-kunċett kien semmieh il-Papa Ljun XIII fl-1891. Niftakar qisu lbieraħ meta kont student tal-ekonomija u l-politika fil-kulleġġ ta’ Plater, u sibt li l-Enċikliki tal-Papiet kienu jdaħħlu f’dan is-suġġett u oħrajn bħalu ħafna snin qabel.

Fi żmien il-Papa Ljun XIII il-kapitaliżmu fid-dinja kien sfrenat. B’reazzjoni għalih kien hemm l-għajta li dan ma kienx aċċettabbli għax il-ħaddiem kien sfruttat u stmat bħala skjav. Kien hemm l-għajta li s-soluzzjoni kienet fil-komuniżmu.

Il-Knisja Kattiolika pprovat issib soluzzjoni hi. Il-Knisja ma riditx li s-soluzzjoni tinstab fil-Komuniżmu. Ħarġet bil-kunċett ta’ paga diċenti, ‘Living Wage’.

Imma issa, minn żmien il-Papa Ljun XIII ’il hawn ġraw ħafna affarijiet. L-għaqdiet tal-ħaddiema, it-trejdunjo niż mu, kiber u allura beda jissielet mhux għall-paga minima imma għal paga diċenti. Issaħħew il-movimenti u l-partiti tal-ħaddiema. Inħoloq il-Welfare State u daħlu fis-seħħ benefiċċji soċjali għal kull tip ta’ mard u kundizzjonijiet oħrajn li jtellfu mid-dħul tal-familja. Iddaħħlu l-pensjonijiet. Il-Welfare State kien qie għed jgħin sewwa biex b’hekk kien t’għajnuna mal-paga. Meta tħares lejn dan kollu f’daqqa, lejn dan il-pakkett, tara li l- ‘Living Wage’ kienet qiegħda tintlaħaq għal bosta familji ghax kienu qegħdin jingħataw servizzi b’xejn mill-Istat.

Allura dan iwasslek biex tistaqsi, x’inhi r-raġuni li għaliha qiegħed jerġa’ jissemma l-kunċett tal- ‘Living Wage’? Ir-raġuni taraha b’għajnejk u tmissha b’idejk. Qiegħed jiż­died il-faqar. Il-familji tilfu ħafna mis-sussidji li kienu jingħataw fuq l-elettriku, l-ilma, u l-gass. Il-mediċina “b’ xejn” trid kultant tixtriha. Anke operazzjoni importanti kultant ikollok tagħmilha privat jew tibqa’ tistenna. Ma’ dan żied il-mod li bih qiegħda togħla l-ħajja. Naqas id-dħul mis-sahra. Naqas it-tieni mpjieg. Riżultat t’hekk naqas il-livell tal-għixien, naqas l-għi xien diċenti.

Qegħdin nitkellmu fuq il-pagi tal-ħaddiema. Il-paga li l-azjenda tagħti skont kemm tiflaħ. Ikun hemm azjendi li jkunu sej rin tajjeb u allura jkunu jistgħu u jifilħu jħallsu, u jkun hemm oħrajn li ma jistgħux. Din hi l-paga tas-suq, xi ħaġa li teżisti fid-dinja kollha.

Hemm pajjiżi, speċjalment fl-Unjoni Ewropea, inkluż pajjiżna, li daħħlu l-prinċipju, u għamluh b’ligi, tal-Paga Minima, l-inqas paga li tista’ titħallas lill-had diem għal ġimgħa xogħol. Paga li biha tipprova tlaħħaq kemm jista’ jkun mal-għoli tal-ħajja, dik l-azjenda li mhux lesta toffriha ma tidħalliex topera fis-suq. Iżda l-paga minima ma tagħ milx distinzjoni bejn ħaddiem li hu miżżewweġ u ħaddiem li mhux. Bejn ħaddiem miżżewweġ bit-tfal u ħaddiem miżżewweġ bla tfal. Imma almenu tagħti dak li hu l-inqas diċenti, u tagħ mel dan b’ligi. Il-paga minima tiżdied kull sena b’dik li tissejjaħ COLA (Cost of Living Adjustment) iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fuq il-premessa li l-pakkett tal-ispiża tal-familja jiċċaqlaq biss mill-għoli tal-ħajja. Il-problema hi li kif rajna fil-preżent m’hemm xejn stabbli fid-dħul tal-familja Maltija u Għawdxija

Il-prinċipju tal-‘Living Wage’ għalhekk jmur aktar minn hekk. Dan ma jgħidx x’għandu jingħata fuq assunzjoni marbuta mal-għoli tal-ħajja biss imma direttament isaqsi x’inhu dak id-dħul għall-familja biex tgħix diċenti fid-dinja tal-lum. Dħul li ma jwassalx għal dan il-livell ifisser li l-familja waqgħet fil-faqar, veru relattiv u mhux bilfors assolut, imma faqar li jweġġa’ l-familja.

Nagħti eżempju żgħir. Jekk fis-soċjetà tagħna llum hu aċċettat li familja għandu jkollha telefon ċellulari bażiku biex tkun tista’ tagħmel kuntatt f’każ ta’ bżonn jew emerġenza barra d-dar, dan għandu jidħol fit-terminu “dicenti”.

Fid-dinja tal-lum il-prinċipju ‘Living Wage’ hu ta’ element qaw wi u bżonnjuż biex nindunaw meta familja li min għalina qegħda sewwa, ma tkunx. Għandu jkun hemm qbil u ssir stima ta’ x’inhi paga li tassigura dħul diċenti biex familja tgħix biha. Jekk id-dħul ta’ familja jkun inqas minn dak stabbilit b’paga diċenti allura tali familja tkun qiegħda tgħix fil-faqar. Inutli li nibqgħu nitkellmu fuq statistika ta’ kemm nies jinsabu fil-faqar jew qrib il-faqar, b’termini li ma jifimhom ħadd.

Ir-reazzjonijiet li kien hemm malli ssemma fostna dan il-kunċett kienu jvarjaw. U dan hu ovvju. Laqgħuh tajjeb il-unjins tal-ħaddiema. Mhux hekk l-għaq diet ta’ min iħaddem. Dawn tal-aħħar jesprimu tħassib anke meta jaraw il-paga minima tiż died, għax iħossu li jew se jagħmlu t-telf, jew se tonqsilhom il-kompetittività li ġġibhomn f’pe riklu fis-swieq.

Hu ċar daqs il-kristall li dan jitlob li jsiru diskussjonijiet. Wieħed jinnota li ma jingħadx li l-kunċett tal-‘Living Wage’ għandu jkun tassattiv, bħalma hu l-kunċett tal-paga minima.

Hi realtà li hemm azjendi li diġà joffru pagi l-fuq mill-‘Living Wage’ bħalma hi realtà wkoll li jkun hemm azjendi li ma jkunux f’pożizzjoni jagħmlu dan. Wieħed ikun irid jara x’for ma ta’ kumpens jista’ jin għata mill-Istat lill-azjendi jew inkella lill-ħaddiema li ma jkunux igawdi minn paga ’l fuq mill-‘Living Wage’.

Lanqas hawn m’aħna se nkunu qegħdin nivvintaw ir-rota mill-ġdid. Hawn ħafna paj jiżi li jipprattikaw dik li nsejħula taxxa negattiva jew ‘tax credits’. Jekk naraw, eżempju, x’isir fil-Kanada nsibu li hemmhekk dawk li jaqgħu taħt ċertu livell ta’ dħul, għall-grazzja tal-argument insejħulu ‘Living Wage’, meta jimlew il-formola tat-taxxa tad-dħul jingħataw lura dak li jkunu ħallsu f’taxxi indiretti. Fil-każ ta’ Malta din tista’ tkun trasmessa fl-għoti lura ta’ parti minn dak li jkun tħallas f’VAT. Li qiegħed ngħid hu li jista’ jinstab mod kif ikun ikkumpensat min jaqa’ taħt il-‘Living Wage’.

Xejn xejn ikollna dan is-sinjal li jkun ċar x’ifisser il-faqar għal pajjiżna u x’għandu jagħ­mel l-Istat u s-soċjetà biex naraw li kull familja Maltija u Għawdxija tgħix b’mod diċenti permezz ta’ dħul diċenti.

www.l-orizzont.com – It-Tnejn, 18 ta’ Ottubru, 2010


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *