Minkejja ċ-ċokon tagħna


Meta nirreferi għall-po­żizzjoni tagħna bħa­la delegazzjoni Mal­tija fil-Parlament Ewropew spiss nipparagunaha bħala waħ­da ta’ nemusa ma’ ljunfant. Il-fatt li aħna numru żgħir ta’ Membri Parlamentari Ewropej, ħamsa, jillimitana drastikament, pereżempju, f’kemm kumitati nistgħu nser­vu.

Madankollu dan l-iżvantaġġ nistgħu b’xi mod inpattu għalih jekk inkunu kapaċi nieħdu karigi kruċjali jew inkunu attivi f’dawn il-kumitati. Meta membru jkun stmat f’xogħlu, jikber ir-rispett lejh u jibda jkun influwenti ma’ sħabu u anke mal-Kummissjoni. Meta l-membri tad-delegazzjoni jir­nexxilhom jilħqu dan l-istatus jikber ir-rispett lejn id-dele­gazzjoni wkoll. Dan isir utli meta jkollna bżonn ninnegoz­jaw u nikkonvinċu lill-gruppi politiċi rispettivi li lilhom nappartjenu, is-Soċjalisti u d-De­mokratiċi (S&D) fil-każ tad-delegazzjoni Laburista u lill-Partiti Popolari Ewropej (EPP) fil-każ tad-delegazzjoni Nazzjonalista.

Żewġ eżempji klassiċi li jagħ­tu ħjiel ta’ kif u fejn nistgħu naslu f’dan ir-rigward seħħew fil-jiem li għaddew, wieħed fejn jirrigwarda l-immigrazzjoni illegali, u l-ieħor fejn jir­rig­warda l-qbil dwar il-Mek­ka­niżmu għal Stabilità Ewropea.

It-telfien ta’ ħajjet daqstant nies il-ġimgħa l-oħra ftit bogħod minna waqt li kienu qegħdin jaħarbu mill-gwerra li għaddejja fil-Libja, nemmen li niggżet xi ftit il-kuxjenza tal-UE. Traġedja li xxokkjat lil kulħadd. Anke jekk dan ma kienx każ uniku bi tmiem daqs­tant tal-biki. Fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa waqafna għal minuta silenzju b’rispett lejn lanqas nafu eżat­tament kemm kien in-numru ta’ dawk li għerqu, fosthom tfal. Jiddispjaċini ħafna ngħid, u hawnhekk naqbel perfettament mal-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, li fl-aljenazzjoni tagħna ma tajniex din it-tra­ġed­ja l-importanza li ħaqqha.

Ta’ min jgħid hawn li l-ka­paċità tagħna nuruha meta niġ­ġieldu ma’ min hu ikbar minna, f’dan il-każ l-UE u mhux ma’ min hu dgħajjef u fil-bżonn bħalma huma r-refuġjati tal-gwerra. Sew il-Mi-nis­tru Griega f’laqgħa li kelli magħha f’Ateni ġimagħtejn ilu u sew Berlusconi tlett ijiem ilu rrepetew xi ħaġa li aħna bħala Maltin qatt ma għedniha fil-pubbliku. Qalu li bħala pajjiż Mediterranju li biex jiżviluppa ekonomikament kel­­­lu b’mod kritiku jiddependi fuq l-emigrazzjoni ma jista’ qatt ma jissimpatizzax ma’ dawn l-emigranti jew refuġjati, li jridu jagħmlu dak li l-Greċja, l-Italja u fuq kollox ukoll Malta għamlu wara l-gwer­ra. Jekk irridu nagħmlu kruċ­jata ejja nagħmluha kont­ra l-inġustizzja tal-UE f’dan ir-rigward u mhux kontra xi pop­lu miskin. Min jagħmel hekk ikun qed juri kemm hu ġifa!

Sadanittant wara t-traġedja li seħħet, eluf ta’ persuni oħ­rajn l-aktar Somali u Eritrej, irnexxielhom jitilqu mil-Libja lejn l-Ewropa. F’pajjiżna, sa­kemm qed nikteb, kienu daħlu kwazi elf. F’Lampedusa daħlu eluf. Imma sadattant l-UE għadha tħares lejn din l-attwalità b’mod fluwidu ħafna. Tinħass ċerta indifferenza. Kienet it-traġedja tal-jiem li għaddew li qisha ċaqalqet xi ftit l-ilma.

Bħal donnu kien hemm bżonn isseħħ traġedja bħal dik biex l-UE tinġieb konxja ta’ xi problemi kbar jistgħu jinqalgħu kawża tal-influss ta’ eluf ta’ nies li qegħdin jaqsmu l-Mediterran. Il-mod li bih aġix­xiet u qiegħda tirreaġixxi bih l-UE kixef beraħ kemm m’għandha ebda pjan imħejji biex il-piż maħluq minn din il-problema jinqasam bejn kul­ħadd u mhux jerfgħu l-aktar min ġeografikament jinsab fuq il-pereferija tan-naħa t’is­fel tal-kontinent Ewropew, par­tikolarment pajjiżi gżejjer, bħalna u Ċipru.

Il-fatt li tkun gżira joħloq­lok problema akbar u fil-każ tagħna u ta’ Ċipru aktar u aktar. Il-każ tagħna u ta’ Ċipru hu totalment differenti minn ta’ gżejjer oħrajn, bħalma hu­ma Lampedusa u l-Gżejjer Canaria għax dawn jappartjenu lil pajjiżi akbar, li huma terra ferma u allura miftuħin għall-kontinent kollu.

Mhux hekk aħna u Ċipru. Gżejjer aħna u gżejjer nib­qgħu. Aħna pajjiż fejn m’għand­na ebda terra ferma x’tagħmel tajjeb.

Il-każ Taljan u dak Spanjol jista’ jkun l-isfond tax-xettiċiż­mu tal-pajjiżi Nordiċi lejn il-prinċipju tas-solidarjetà biex il-piż jinġarr bejn kulħadd. Għal­hekk ir-reżistenza tagħ­hom, għax jgħidu li finalment xorta qed jgħinu fil-ġarr ta’ dan il-piż għax l-immigranti illegali jinfirxu ma’ kullimkien, inkluż għandhom.

In-nuqqas ta’ pjan min-na­ħa tal-UE hu evidentissimu mill-fatt li l-pressjoni mill-gver­nijiet tal-pajjiżi Mediterranji milqutin, bħalna, Ċipru, l-Italja, il-Greċja u Spanja, wass­­let lill-Kummissarju għall-Affarijiet Interni, Cecilia Malmstrom tikteb lill-Ministri tal-Affarijiet Interni tal-pajjiżi membri u titlobhom jiftehmu bejniethom u jaqblu biex il-piż jinqasam.

Hija sitwazzjoni li kkonfermat kemm kienu ġustifikati l-proposti speċifiċi li d-delegazz­joni tagħna l-MEPs Laburisti fil-Parlament Ewropew riedet li jiddaħħlu f’Riżoluzzjoni Kon­­­ġunta bejn il-Grupp tas-Soċ­jalisti u d-Demokratiċi (S&D) u l-Grupp tal-Partiti Po­po­lari Ewropej (EPP) li lilu jap­partjenu ż-żewġ MEPs Nazzjo­na­listi u li l-EPP oġġezzjonaw għalihom.

Kien fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu li għadda li l-Parlament Ewropew iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Libja u l-konsegwenzi tagħha. Dakinhar tlabna li jid­daħħlu tliet punti speċifiċi biex jilqgħu għall-immigrazzjo­ni illegali mil-Libja lejn ix-xtut tan-naħa t’isfel tal-Ewropa. Fosthom pajjiżna.

Ipproponejna sistema komu­ni ta’ ażil għall-UE. Ippropo­nejna pjan ta’ azzjoni biex il-piż ta’ rilokazzjoni ta’ refuġjati mill-Afrika ta’ Fuq jinqasam (‘burden sharing’). U ppropo­nej­na t-twaqqif ta’ fond speċja­li ta’ solidarjetà.

Il-Grupp tal-EPP ma qablux magħna. Ma riedux li dawn it-tliet proposti speċifiċi jiddaħħlu fir-Riżoluzzjoni Kon­ġun­ta. Qalu li l-Artiklu 80 tat-Trat­tat huwa biżżejjed, għax jgħid li għandu jitħaddem il-prinċipju tas-solidarjetà, ink­luż fl-implikazzjonijiet finanz­jarji. L-Artiklu 80 huwa kompost minn kliem sabiħ iżda mhux speċifiku biżżejjed biex il-Kummissjoni timxi u tatt­wa. Prova ta’ kif tissarraf din ir-reżistenza li hemm mill-paj­jiżi Nordiċi b’mod partikolari.

Mhux hekk imma l-proposti tagħna. Il-proposti tagħna kienu speċifiċi u jwarrbu għal kollox il-kliem vag. L-MEPs Nazzjonalisti fi ħdan l-EPP jidher li ma rnexxielhomx jikkonvinċu lil sħabhom tal-Grupp biex dak li pproponejna aħna u li ċertament huwa ferm u ferm aħjar mill-kliem vag ta’ Artiklu 80, jiddaħħal fir-Riżoluzzjoni Konġunta.

Jiena persważ li aħna l-ħa­mes MEPs magħqudin fejn jid­ħol l-interess ta’ pajjiżna. Hu għalhekk mistmerr l-attentat li xi ħadd irid jieħu s-sopravvent tad-difiża ta’ pajjiż­na f’din il-problema. Għallinqas dik hi l-impressjoni li ħa min ra lil Lou Bondi fuq il-prog­ramm tiegħu fejn għoġbu jinjora li jkollu rappreżentanza mid-delegazzjoni tal-Ewro­par­la­mentari Laburista fuq dan il-programm. U dan fuq l-is­tazz­jon nazzjonali.

Ngħaddi għal eżempju ie­ħor li din id-darba kellu eżodu pożittiv.

Bħal-lum ġimgħa l-Prim Mi­nistru Lawrence Gonzi għamel stqarrija fil-Parlament li fiha ta rendikont bil-mod tiegħu dwar x’ġara fil-Kunsill Ewro­pew tal-24 u l-25 ta’ Marzu li għadda. Kunsill li, fost affarijiet oħrajn, iddiskuta l-qagħda ekonomika u allura l-Prim Mi­nistru rrefera għall-qbil li kien hemm dwar il-Mekka­niż­mu għal Stabilità Ewropea (ESM).

Nikkwota kelma b’kelma parti mill-istqarrija tal-Prim Ministru dwar dan: “Kif nafu, kien hemm min ikkummenta dwar il-pożizzjoni ta’ pajjiżi żgħar u kif dawn jistgħu jibbenefikaw, peress li dan il-mek­kaniżmu jiġi attivat biex jindirizza kriżi li tkun qiegħed tqiegħ­ed iż-Żona tal-Ewro fil-periklu. Ċipru u Malta żguraj­na li tkun inkluża dikjarazzjo­ni fil-Minuti ta’ dan il-Kunsill Ewropew biex ikun dokumentat li kull pajjiż, irrispettivament mid-daqs tiegħu, għandu jkun appoġġjat u mgħejjun minn dan il-mekkaniżmu jekk meħtieġ.”

Ikolli ngħid li kont jien l-ewwel li kkummentajt minn Jan­nar li għadda dwar dan u allura ninkwadra ruħi fit-ter­mi­nu tal-Prim Ministru “kien hemm min ikkummenta”. Li ma qalx il-Prim Ministru fl-istqarrija tiegħu kien kemm kien ġustifikat it-tħassib tiegħi u ta’ min ħasibha bħali fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi (ECON). Li ma kienx hekk ma kienx ikun hemm il-ħtieġa li Ċipru u Malta jiżguraw dak li żguraw.

Il-proposta tal-Kunsill Ewro­pew kienet li dan il-Mekka­niż­mu jkun attivat jekk il-kriżi li jkun fiha l-pajjiż partikolari tkun ta’ theddida għaż-Żona Ewro kollha kemm hi. It-tħassib li dejjem esprimejt kien li kriżi li jista’ jsib ruħu pajjiż żgħir bħal Malta, kbira kemm hi kbira għalih, mhux bilfors tkun ta’ theddida għaż-Żona Ewro sħiħa u allura ma tibbe­nefikax minn dan il-Mekka­niż­­­mu. Mhux hekk fil-każ ta’ pajjiż kbir bħalma hija l-Greċja.

L-ironija kienet li filwaqt li pajjiżna se jkun qed jikkontrib­wixxi għal dan il-mekkaniżmu, li huwa forma ta’ assigurazzjoni, ma kien se jkollna ebda ga­ranzija li nkunu nistgħu nir­rikorru għalih f’każ ta’ bżonn ladarba l-kriżi li nkunu fiha ma tkunx ta’ theddida għaż-Żona Ewro kollha.

Sadanittant se nkunu qegħdin nikkontribwixxu €56 mil­jun għal dan il-Mekkaniżmu.

Ġbidt l-attenzjoni għal dan mill-bidu nett lil rappreżen­tan­ti tal-Gvern fi Brussels. Ma nħossx li ngħatajt widen. Ma­dankollu ma qtajtx qalbi. Ma’ rapporteurs oħrajn fil-kumitat tal-Kostituzzjoni (AFCO) li kont qed naħdem fuq dak pro­post mill-Kunsill komplejt nenfasizza fuq il-ħtieġa li pajjiżi żgħar bħalna jkunu garantiti li jkollhom aċċess għal dan il-Mekkaniżmu, bżonn li ħadd ma jixtieq li jinġieb f’pożizz­joni jitolbu. Imma ċertament li għandu jkollna ftit serħan il-moħħ.

Għax ħdimt fuq din il-linja fl-interess ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru fil-bidu ta’ Frar li għad­da mar fil-Parlament jak­kużani li ma kontx qed na­ġixxi fl-interess ta’ Malta għax b’hekk kont qed nagħti l-impressjoni li Malta jista’ jkollha bżonn l-għajnuna. Il-Prim Mi­nis­tru qal li qabel xejn kien imissni tkellimt mal-Ministru tal-Finanzi. Kien qal hekk meta kien imissu jaf li dmiri f’dan is-sens kont diġà ppro­vajt nagħmlu ma’ min kelli nagħmlu.

Għaddew xahrejn minn dan kollu u l-Prim Ministru bħal-lum ġimgħa mar fil-Parlament jistqarr b’sodisfazzjon dak li kienu żguraw Ċipru u Malta.

Jien kuntent aktar mill-Prim Ministru. Kuntent li issa Malta m’għandhiex għaliex tinkwieta li se jkun hemm Mek­ka­niżmu li filwaqt li tħallas għalih mhux bilfors kienet tibbenefika minnu f’każ ta’ bżonn. U kuntent li issa l-Prim Ministru bidel fehemtu.

It-tagħlima hi li bħala pajjiż żgħir ma għandniex naqtgħu qalbna. F’Diċembru li għadda l-Prim Ministru ma kienx ikkummenta għall-proposta li ġabet quddiemu l-Ġermanja. Tliet xhur wara għamel kuraġġ u talab għal rikonnoxximent għall-pożizzjoni unika ta’ paj­jiż­na. Naħseb li kompromess li ħdimt għalih jien sew fil-Par­lament Ewropew u mal-Kunsill għamillu xi ftit ku­raġġ.

Issa ejja nagħmlu l-istess koll­ha flimkien fil-kwistjoni tal-immigranti.

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *