Zmien ta’ mistrieh u riflessjoni


Il-Parlament Ewropew jinsab aggornat ghall-btajjel tas-sajf. Ninsabu weqfin sal-ahhar gimgha ta’ Awwissu meta mbaghad nergghu nibdew ir-rutina. Zmien ta’ mistrieh minn hafna skarigg ta’ vjaggar, ta’ laqghat twal ta’ kumitati u tal-plenarja. Imma fl-istess hin zmien ta’ riflessjoni fuq dak li jkun sar u dak li jkun mistenni jsir, jew jitkompla, malli nergghu nibdew niltaqghu. L-aggornament ghall-btajjel tas-sajf ikun ifisser ukoll tmiem ta’ sena legislattiva ohra. Digà ghaddew sentejn minn legislatura ta’ hamsa.

Kienet sena movimentata, taht dell ta’ inkwiet finanzjarju u ekonomiku kbir immens. U hekk se tkun ghadha s-sitwazzjoni meta naghtu bidu ghat-tielet sena tat-terminu. Rajna, u ghadna qeghdin naraw, lill-munita ewro thabbat wiccha mal-ewwel skoll serju. Iz-Zona Ewro ghadha mreghda. Dak li beda mill-Grecja nfirex b’mod kontagjuz finanzjarju ghal pajjizi ohrajn taz-Zona.

Is-saram kiber ghax it-Trattat ta’ Lisbona ma kienx jahseb ghal eventwalità bhal dik li qeghdin nghixu. U allura lanqas ma kien jahseb ghal pjan alternattiv. Anzi. It-Trattat kien jipprojbixxi li jkun hemm xi forma ta’ salvatagg.

Kienet il-Grecja li xeghlet il-bozza l-hamra mhux biss ghaz-Zona Ewro imma ghall-Unjoni Ewropea kollha. Kien, u ghadu, xenarju li jbezza u li hadd ma ried jimmaginah minhabba l-konsegwenzi koroh sew ekonomici kif ukoll politici. L-istorja ghadna qeghdin nghixuha. Mal-Grecja zdiedet l-Irlanda u aktar tard il-Portugall. Rajna protesti kbar. Rajna Gvernijiet jitnehhew. Rajna u ghadna qeghdin naraw mizuri kbar ta’ awsterità li wahedhom mhumiex soluzzjoni ghall-krizi. Mizuri li komplew izidu l-instabilità u l-protesti. Sadattant il-pajjizi taz-Zona Ewro ppumpjaw il-biljuni ta’ ewro lill-Grecja bilghan li jghinuha ssalva.

F’Settembru li ghadda l-Kummissjoni Ewropea ghamlet l-ewwel proposti taghha. L-ghan  kien li jinholqu sett ta’ riformi bilancjati li jaghtu spazju lil pajjizi Ewropej biex johorgu mid-diffikultajiet ekonomici taghhom, iqumu fuq saqajhom u jsiru globalment kompetittivi. M’hemm ebda dubju li ebda pajjiz ma jista’ jkun ekonomikament kompetittiv meta jkollu djun u deficits kbar.

Izda lanqas ma jfisser li s-sitwazzjoni titranga billi timponi mizuri ta’ awsterità iebsin immens. Mizuri bhal dawn wahedhom ikomplu jdghajfu l-ekonomiji digà batuti. Il-Grecja hija l-akbar ezempju ta’ dan. Ir-rizultat ikun kompletament kontroproduttiv. Ziemel li jkun qed joghtor inutli li tkompli taghtih bil-frosta. Mhux talli mhux se jitlaq jigri talli x’aktarx twasslu biex jinstabat mal-art. It-talba ta’ Merkel biex il-banek jgorru ftit mil-piz hija ammissjoni ta’ dak li konna nghidu xhur ilu f’dan ir-rigward.

Saret hidma kbira fuq il-famuz Pakkett ta’ Governanza Ekonomika. Hidma li saret fi glieda kontra l-hin…..li ma rnexxelnix nirbhuha sakemm aggornajna ghall-btajjel tas-sajf u li allura jfisser li l-problema se nsibuha mill-gdid ma’ wiccna malli nergghu lura lejn Brussels.

Il-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika huwa importanti hafna mhux biss ghall-Ewropa. Qed tistennih id-dinja kollha. Ghax huwa mahsub biex bih nipprovaw insolvu l-krizijiet u nilqghu ghal ohrajn. Sfortunatament ma waslnix kif kien irnexxielna naslu is-sena l-ohra fuq il-pakkett li jirrigwarda s-supervizjoni tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji fejn kien hemm maggoranza kbira favur u allura kien hemm ftehim.

Din id-darba hemm nuqqas ta’ ftehim sew bejn il-Gruppi Politici fil-Parlament, kif ukoll bejn il-Parlament u l-Kunsill. Pajjizi bhall-Germanja u ohrajn kbar u b’sahhithom bhalha jridu biss li t-trazzin tad-djun u d-deficits, li hija xihaga tajba u mehtiega, isir biss b’mizuri ta’ awsterità u sanzjonijiet.

Fuq dan ma naqblux. U ghalhekk is-Socjalisti fil-Parlament Ewropew ivvutajna favur tnejn biss mis-sitt rapporti li jiffurmaw l-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika. Bir-ragun li l-Partiti Socjalisti Ewropej u t-trejdunjins ma jaqblux li dan wahdu huwa s-soluzzjoni. Bir-ragun li nopponuh ghax ma joffrix tama ta’ holqien ta’ xoghol. Ma johloqx investiment. Bhalma ma johloqx tkabbir ekonomiku. Kif jista’ pajjiz digà mghaffeg taht il-problemi johrog minnhom jekk ma tahsiblux illum ghal mod kif jissahhah?

Waqafna ghall-btajjel tas-sajf b’nuqqas ta’ qbil dwar it-terminu kumplikat maghruf bhala Reverse Majority Voting. Il-Germanja u Franza jridu li l-Kummissjoni  Ewropea tmexxi fuq kollox, imma mhux meta nigu ghal fazi ta’ prevenzjoni. Wiehed jista ma jaqbilx ma principju kif jittiehdu d-decizzjonijiet ghal quddiem, imma jew taqbel ma ghandikx tiddiskrimina bejn fazi u ohra u li permess taghha pajjiz kbar jinghatalhom ic-cans li jergghu jaghwgu r-regoli meta jaqblilhom.  Huwa sewwa li jkunu l-pajjizi l-kbar li ma jkunux taht sanzjonijiet li jiddeterminaw il-politika ta’ prevenzjoni?

Kien ittamat li l-gruppi politici ewlenin kienu se jahdmu flimkien biex iwasslu ghal sett ta’ riformi bilançjati li jikkombinaw is-sanzjonijiet mal-incentivi. Sfortunatament dan ma wasalnix ghalih. Ghalkemm il-Parlament hu konxju bl-importanza li dan il-Pakkett jghaddi llum qabel ghada, hada bi kbira li l-Kunsill raga’ lura minn kellmtu u jrid jiddetta lil Parlament x’ghandu jaghmel.

Ma rridx ninhass negattiv, imma inutili tahrab milli ssemmi dak li hu negattiv sempliciment biex ma tidhirx hekk. Nista’ ma nsemmix in-nuqqas ta’ solidarjetà li esperjenzajna f’dik li hija immigrazzjoni rregolari? Mhux qed nitkellem fuq snin ilu. Qed nitkellem fuq grajjiet li esperjenzajna fl-ewwel xhur ta’ din is-sena kawza ta’ dak li sehh fil-pajjizi girien taghna fl-Afrika ta’ Fuq, mir-rivoluzzjoni Tunezina ‘l hawn, aktar u aktar bil-konflitt imdemmi attwali fil-Libja. Jista’ pajjizna ma jhossux dizappuntat bin-nuqqas ta’ solidarjetà mieghu? Zgur li ma jistax, aktar u aktar meta tali dizappunt esprimietu ghal aktar minn darba l-Unjoni Ewropea nnifisha.

Hemm ukoll dak li huwa sinifikament pozittiv, bhalma  huwa l-qasam tas-sahha. Qed nirreferi b’mod partikolari ghad-direttiva li permezz taghha pazjent f’pajjiz partikolari jkun jista’ jmur ghal kura f’pajjiz iehor tal-Unjoni Ewropea jekk f’pajjizu t-trattament mehtieg ma jkunx jinghata jew inkella jkun irid jistenna ghal zmien twil biex jinghatalu.

Wiehed ghad irid jara kif se tkun interpretata direttiva bhal din fir-rigward l-Maltin izda zgur li hija xihaga sinifikattiva hafna.

‘Il ftit gimghat fejn ir-ritmu ta’ hidmietna fil-Parlament Ewropew imajna joffri wkoll hin ghal riflessjoni fuq dak li jkun sar u fuq dak li ghad irid isir. Riflessjoni mehtiega biex tixprunana ghal aktar hidma b’risq pajjizna.

 

 

l-orizzont – It-Tnejn  01/08/2011

,

One response to “Zmien ta’ mistrieh u riflessjoni”

  1. Good day! Do you know if they make any plugins to help with Search Engine
    Optimization? I’m trying to get my site to rank for some targeted keywords but I’m not seeing very good
    results. If you know of any please share. Kudos!
    You can read similar article here: Warm blankets

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *