L-ekonomija tagħna għaddejja tajjeb u għalhekk m’ għandiex bżonn xi stimolu speċjali, bħal magna ta’ karozza li tkun għaddejja fuq il-highway b’veloċità tajba u aħna rridu inżommu dak ir-ritmu li rnexxielna nilħqu. Għalhekk ninkwetaw meta naraw lil min jipprova jtellef il-kisbiet tagħna.
La dan huwa l-iskop tagħna, allura wieħed forsi jistaqsi, għalfejn qed tipproponu aktar tnaqqis fit-taxxa? Dan it-tnaqqis ser isir, primarjament, għax l-ekonomija tista’ taffordjah grazzi għas-surplus fil-baġit li rreġistrajna.
Fil-fatt, waħda mill-iktar affarjiet li qamu waqt id-diskussjonijiet li kelli ftit tal-ġimgħat ilu mal-aġenziji internazzjonali tal-credit rating agencies u anki mal-mission ta’ l-IMF kienet propju din. Issa li ilħaqna s-surplus, x’sa jiġri? Nista’ ngħid li tawni ħafna pariri fosthom li għandna nkomplu f’din it-triq, però mhux li nipprovaw naċċelleraw biex niksbu surpluses kbar. U dan huwa l-għan tagħna li nżommu l-ekonomija għaddejja bl-istess ritmu.
Raġuni oħra l-għaliex qed nipproponu aktar t-tnaqqis fit-taxxa hija għax it-tnaqqis fit-taxxa għandu żewġ kwalitajiet. L-ewwel waħda hi li jdawwar ir-rota, jiġifieri li nħallu aktar flus fi bwiet in-nies, li l-familji jistgħu jaffordjaw jixtru iżjed u l-ħwienet ikollhom aktar konkorrenza. Iżda mill-lat ekonomiku, l-vantaġġ reali huwa marbut mal-politika tal-Gvern li l-ħaddiem jaqla’ aktar, dik li bl-Ingliż ngħidulha making work pay. Kif nafu t-taxxa tad-dħul hija piż fuq min qed jaqla’ l-għixien tiegħu. Għaldaqstant, grazzi għall-qtugħ fit-taxxa tad-dħul, mhux biss qed taġevola lil dik il-persuna li ser tibbenefika minn dak il-qtugħ, imma qed tgħin lil dik il-persuna sabiex tkun aktar produttiva’. Dan jikkrea ċirku virtwuż, li aħna nixtiequ li jkompli għaddej għax huwa s-sigriet tas-suċċess ta’ pajjiżna.
Il-qtugħ fit-taxxi u l-miżuri li ħa dan il-gvern, jekk nixtarruhom, insibu li l-effett tagħhom ma kienx biss li jżidu l-konsum imma li jżidu x-xogħol u li jħajjru aktar nisa, nies qegħda u żgħażagħ sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Allura, l-iskop aħħari tal-qtugħ fit-taxxi huwa li jżid ix-xogħol u li jħalli l-flus fil-but.
Hawnhekk tajjeb li nfakkar xi ħaġa importanti ferm. F’Malta m’għandniex corporation tax, jiġifieri taxxa fuq il-kumpaniji, iżda d-dħul kollu tas-self-employed u ta’ min għandu ishma fil-kumpaniji, jiġi intaxxat bħala taxxa fuq id-dħul. Tant, illi meta l-Gvern iżomm 35% bħala taxxa lil dawn in-nies, huma jingħataw rifużjoni skont l-istatus tagħhom. Jiġifieri, meta aħna ngħidu li ser innaqsu t-taxxa tad-dħul, aħna qed nitkellmu dwar individwi mingħajr distinzjoni, impjegati, min iħaddem, self-employed, familji tal-ħaddiema, familji ta’ negozjanti u shareholders. B’hekk, sa nkunu qed nilħqu lil kulħadd.
Bħala Gvern, diġa studjajna l-ħames baġits li ġejjin. Analizzajna l-impatt tagħhom fuq medda sħiħa u għamilna eżerċizzju li jissejjaħ immudellar, jiġifieri ħdimna b’mod xjentifiku l-impatt li ser ikollhom fuq l-ekonomija Maltija. Dan kollu sar qabel ma ssejħet l-elezzjoni u fil-fatt, għaddejna r-riżultati lill-Kummissjoni Ewropea. Dan ifisser li għandna pjan u beħsiebna nsegwuh.
Dan il-pjan huwa bbażat fuq tkabbir tal-ekonomija li jkun wieħed modest, ta’ madwar 4%. Nagħmlu tbassir modest għax jekk nippjanaw li jkollna dħul tajjeb li ma jkunx imbassar b’mod eżaġerat, inkunu nistgħu nippjanaw nefqa prudenti. Jiġifieri, jinqala’ x’jinqala’ fl-ekonomija, dak dejjem sa nilħquh u għandna moħħna mistrieħ li s-surplus u l-bilanċ għall-ħames snin li ġejjin jibqa’ hemm.
U għalhekk, meta jien nara l-miżuri li l-Partit Laburista qed iressaq lill-elettorat, jiena moħħi mistrieħ mill-fatt li bħala pajjiż, nistgħu naffordjaw dawn il-miżuri, li ser iwasslu biex isaħħu l-ekonomija tagħna.
Li hu żgur hu illi ma għandniex nilgħabu ma l-ekonomija. Bħalissa f’Malta ninsabu f’sitwazzjoni tajba ħafna, bħal dak is-surfer li qed jirkeb mewġa tajba fuq is-surfboard tiegħu. Bħal dak is-surfer, irridu nkunu kapaċi nirkbu l-mewġa mingħajr ma nkissruha u ntawwlu l-mewġa għal ħames, għaxar snin oħra. M’għandna l-ebda interess li, la lħaqna din il-fażi sabiħa tal-pajjiż, nipperikolawha. Kemm huwa sabiħ li tara li l-familji issa jistgħu jaffordjaw dik il-vaganza li qabel kienu joqgħodu lura minnha.
Hawnhekk tajjeb li ngħid żewġ kelimiet ukoll fuq il-proposta li nroddu l-festi pubbliċi lill-ħaddiema. Issa li lħaqna dan il-livell ta’ għixien għoli, qed nirrealizzaw li l-għażla bejn li tqatta’ l-ħin fuq ix-xogħol jew li tqattgħu għall-mistrieħ mal-familja qed tkun aktar diffiċli. Dan l-għaliex issa dak li jkun jiflaħ jonfoq aktar f’vaganzi ta’ kwalità aħjar. B’hekk, il-prezz li wieħed iqatta’ l-ħin fuq ix-xogħol huwa li jkollu jqatta’ anqas ħin f’mistrieħ ta’ kwalità għolja, xi ħaġa li fl-ekonomija nsejjħulha opportunity cost.
Allura mhux ta’ b’xejn li kulħadd għatxan għall-bank holidays! Qed nindunaw kif kulħadd qiegħed jistenna l-long weekends sabiex jieħu break żgħir. U għalhekk jagħmel sens illi issa min qiegħed jimpjega irrid jikonsidra mhux biss li jżid il-pagi, iżda wkoll li jagħti l-ħin ħalli l-impjegat ikollu l-opportunità li jqatta’ aktar ħin ta’ rikreazzjoni mal-familja. Il-flus huma importanti imma, l-ħin ta’ kwalità huwa importanti wkoll.
Minn dan kollu joħroġ li l-Partit Laburista qed jaħdem b’mod għaqli u meqjus. Nafu fejn irridu mmorru, x’riżultati rridu niksbu u fuq kollox kif għandna mmorru għalihom u kemm sa tiswina. Sfortunatament, ħaddieħor għadu ma jafx fejn sejjer u xi jrid jikseb għal pajjiżna. Saħansitra qed naraw proposti li jew ma jagħmlux sens, jew ma nafux kif ser jiġu implimentati jew agħar minn hekk, m’għandhomx idea kemm ser jiswew lill-Kaxxa ta’ Malta. Minħabba f’hekk, issa qed narawhom ukoll jikkupjaw miżuri li wettaqna diġà. Wara kollox, kif jgħidu bl-Ingliż, imitation is the sincerest form of flattery.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju 2017
2 responses to “Proposti elettorali bi ħsieb”
No patients required to stop letrozole because of toxicity priligy (dapoxetine) The product contains no sodium ion
Kido H, Ohtaki Y precio priligy 30 mg com 20 E2 AD 90 20Viagra 20Fara 20Reteta 20Online 20 20Nome 20Generico 20Do 20Viagra 20Feminino viagra fara reteta online No, I have not regretted it because always, even in the darkest moments, in the times of sin, in the times of fragility, in the times of failure, I looked to Jesus and I trusted him and he did not abandon me