Riċetti għal ħajja


Kull min hu dilettant tat-tisjir, jaraw li jkollhom kemm kotba ta’ riċetti, jniżżlu riċetti minn fuq l-internet, kif ukoll iżommu kopji ta’ riċetti li jidhru f’xi ġurnali u magazines. Ipartuhom jaqrahom u isibuhom online.

X’inhi l-importanza ta’ riċetta?

Ir-riċetti jtuk lista ta’ ngredjenti u deskrizzjoni ta’ proċess biex issajjar platt ta’ ikel partikulari. Dan kollu jkun ġie wara li ndividwu jkun lesta dak il-platt t’ikel u war li jkun kielu, gġoġbu li jaqsam l-esperjenza tiegħu ma’ nies oħra biex jaqqsmu l-istess esperjenza kulinarja. Jiġifieri r-riċetta hija xi ħaġa li qed jaddilek xi ħadd li b’esperjenza u qed jiggarantilek illi tagħti r-riżultati.

Jien naħseb illi t-tfal tagħna ukoll ta’ min naddulhom ir-riċetti jiġifieri l-esperjenzi tagħna sew sbieħ u sew inqas sbieħ jew koroh. Anzi l-aħjar riċetti jew l-aħjar pariri huma li hekk nitgħalmu mil-iżbalji għaliex l-iżbalji ma tixtieqx lil ħaddiehor jirrepetijom taddi minnhom inti jiddispjeċik pero l-min tħobb speċjalment it-tfal tat-tfal tagħdilhom dawn l-esperjenzi biex huma jogħqodu ftit attenti.

Ma għandhomx għalfejn jagħmlu l-iżball huma u jaqaw għalieħ u danni għalihom għal familji tagħhom. Jien naħseb illi jekk wieħed iħares lura f’dik li hija saħħa żgur illi jagħti pariri, per eżempju, dwar it-tipjip. L-ikbar ħsara li saret id-dinja fis-saħħa tgħaddi mhux il-virus li qed jissemma l-lum, biss biss qed nitkellmu fuq ftit eluf meta fil-fatt sitt miljuni imutu madwar id-dinja kollha mitt-tipjip. Aħseb u ara. Jiġifieri hu għalhekk li wieħed jagħti l-pariri biex kemm jista jkun wieħed jipreveni.L-effetti ħżiena mhux biss huma fuq il-pulmun iżda fuq kwalinkwe organu ieħor tal-ġisem.

Parir ieħor wieħed jagħti t-tfal tiegħu huwa dwar l-infiq.  Tonfoq iva kemm hemm bżonn imma dejjem trid tkun bil-għaqal. Dan ifisser li ma tonfoqx iżjed milli d-daħħal. Li tgħix skond il-mezzi tiegħek. Jekk trid tgħix ferħan. Jekk inti ma tridx tiddejjen. Dan jgħodd sew jekk qed nitkellmu fuq pajjiż u sew jekk qed nitkellmu dwar persuna jew familja.

Kemm jista jkun għaliex jekk ikun hemm bżonn fejn tidħol is-saħħa iva wieħed irrid jissellef.  Li tissellef għal dar li tridtiħallas tul il-ħajja tiegħek hija ħaġa normali. Wieħed għandu kemm jista jkun jara illi jonfoq skond kemm jiflaħ għaliex jekk le jiddispjeċiħ.

Riċetti oħra għal ħajja. Tara t-tfal li jgħidulek jiena irrid insir tabib jew avukat jew xi professjonista ieħor partikulari. Din hija normali anki meta konna tfal aħna konna nghidu l-istess. L-ambizzjoni hija mportanti għax hija li tixprunak biex tasal. Pero ma tridx tkun ambizzjoni assoluta. Fejn tghid li jew tieħu dik jew din jew inkella sa tgħix imdejjaq. L-ghazla għanda tkun flessibli kemm jista jkun. Tersaq leja imma jekk jinqalaw xi affarijiet li ma tistax tasal għal din li dejjem iffisajt li tasal ma tkunx l-aħħar tad-dinja. Wieħed irrid ikollu l-common sense li jaċċetta li c-cirkostanzi jinbidlu.  Iltqajt ma nies professjonisti illi riedu dik il-pożizjoni at all costs u jgħixu imdejjqin għaliex għar raġuni jew oħra ma jistgħux jilħquha.

Ma naħsibx li din is-sitwazzjoni hija xi ħaġa sabiħa. Trid tkun kuntent bli għandek u trid tagħmel l-almu tiegħek f’dak il-mument. Jiġifieri jekk inti tifel jew tifla qeda’ fl-iskola huwa tajjeb li togħqod taħseb x’sa tagħmel meta tmur l-universtita, imma jekk għadek fil-primarja jew għadek fl-ewwel snin tas-sekondarja mhux aħjar tikkonċentra fuq dik is-sena partikolari? Li tistudja u taħdem u tgħaddi mil-eżamijiet biex tgħin titla skaluna oħra? Biex fl-ahhar tasal. Imma li togħqod tiffissa fuq x’se tagħmel għaxar snin oħra u titraskura l-lum naħseb li m’huwiex tajjeb lanqas.

Nistgħu induru għal xi riċetti tajbin għal politiċi ukoll.  Riċetti minn nies li kellhom l-esperjenza u jgħadduwa lilhom. Per eżempju dwar il-ftaħir.  In-nies iridu jisimhu lil persuni li qegħdin fil-politika jiftaħru bix-xogħol li jagħmlu mhux bihom infushom. Iridu li jkun ħaddieħor li jfaħħarhom. Li tfaħħar lilek innifsek ma jiswa xejn. Pero jekk xi ħadd jagħddilek kumment sabiħ online, jew jiktiblek, jew ikellmek, għanda iżjed valur milli li inti tfaħħar lilek innifsek.

Ma iffissirx illi inti ma għandekx tiftaħar b’ghemilek, bix-xogħol tiegħek għaliex dak huwa dak li int ħdimt għaliħ.  Huwa parti mil-professjonalita tal-politiku illi juri xogħoli u l-ħidmietu.

Dwar il-wegħdiet sfortunatament ħafna politiċi jitilfu l-fiduċja tan-nies għaliex iwegħdu u jwegħdu. Huwa minnu li għandhom pressjoni kbira, u li ma jghidux le, għax jibżgħu li jgħidu le. Imma fil-verita’ int ma tistax twiegħed u tagħti dak kollu li wieħed qiegħed jistenna. Li tgħamillu mil-aħjar u tgħidlu b’mod sinċier.

Imma li inti twiegħed u ma taghmel xejn ghal hafna drabi.  Zgur li ser tahdem kontrik.

Dawn huma r-riċetti li jistghu jservu ghal hajja. Dawn huma riċetti rizultat ta’ min garrab u kellu hafna esperjenza. Ta’ min jaghti kazhom.  Ghaliex bit-tagħlim u mill-esperjenzi wieħed jista’ jagħmel il-progress.

 

Il-Ġimgħa 6ta’ Marzu 2020

,