Il-fenominu tal-emigrazzjoni mhux xi ħaġa ġdida. Ilkoll smajna bl-emigrazzjoni kbira ta’ nies li telqu minn Malta u ħafna pajjiżi mill-Ewropa lejn l-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Kanada u pajjiżi oħra wara l-Gwerra.
Illum għandna taħlita ta’ żewġ fatturi. Għandek ir- refuġjati u għandek l-emigranti illi jmorru f’pajjiż ieħor għal skop ekonomiku.
Ir-refjuġat huwa persuna li qed jaħrab mill-mewt li tkun ikkawżata ħafna drabi minħabba gwerra f’pajjiż ir-refugjat. Jaħrab mill-biza’ ta’ xi gvern jew ieħor għal raġunijiet politiċi u mhux kriminali. Qed jiġru warajħ biex joqtluħ u ħafna drabi jkun ra lil familtu tinqatel quddiem għajnejh u għalhekk jiddeċiedi li l-uniku triq li jkollu hi dik li jaħrab minn pajjiżu. Jitlob għal kenn u l-għażil f’pajjiż ieħor li jilqgħu u jipproteġih. Dan huwa dritt kemm umanitarju kif ukoll internazzjonali li jipproteġi lil dak li jkun qed jaħrab mill-gwerrer. Anke Malta kellna refjuġati waqt It-Tieni Gwerra Dinija. Nies mill-Belt Valletta u t-tliet ibliet tal-Kottonera kellhom jaħarbu minn dawn l-ibliet u marru jfittxu kenn f’positijiet oħra bħar-Rabat f’Malta jew inkella f’Għawdex bħala refjuġati sabiex jistkennu mill-attakki qerrieda tal-għadu.
Ta’ min wieħed isemmi li l-ebda pajjiż ma huwa obbligat li wara li jilqagħhom ġewwa l-pajjiż, iżommhom, mingħajr ma jikkonferma li dawn l-emigranti huma ġenwinament refjuġati li qed jaħarbu mill-gwerrer u għalhekk mill-mewt.
Filkaż tal-Ewropa hu għalhekk obbligu li tilqagħhom lil dawn ir-refjuġati u dan independendement minn fejn jispiċċaw jidħlu, bħal Malta, l-Italja jew l-Awstrija. L-Ewropa għandha d-dmir bħala Unjoni li jilqgħu lil dawn ir-refjuġati u tallokhom skont il-ħtieġa u ċ-ċirkostanzi. Iżda ma hemm ebda dubju li l-ebda pajjiż ma jista’ jgħid biex iħalluhom barra.
Però l-biċċa l-kbira tal-emigranti fl-Ewropa illum mhumiex biss refjuġati imma aktar huma emigranti li qed jiġu għal raġunijiet ekonomiċi. Wieħed irid jifhem li hemm żewġ forzi ekonomiċi f’dan ir-rigward. Dik li timbotta u dik li tiġbet. Aktar ma l-pajjiż ikun qed jikber u jibda jkun skars fix-xogħol aktar ikollu bżonn nies. Hekk ikun hemm l-effett tal-ġibda. L-istess fuq terminu fit-tul aktar ma pajjiż ikun qed jixjieħ ma tantx jkollu tfal u l-popolazzjoni dejjem tkun niżla. Hawn ukoll hemm Il-ġibda tal-bżonn.
Għalhekk, sabiex il-pajjiż ikun jista’ jkompli isostni l-ekonomija tiegħu aktar ikollu bżonn emigranti. Dan ma jfissirx li jiġu bid-dgħajjes imma li l-pajjiż jiftaħ il-bibien tiegħu. Joħroġ applikazzjonijiet u jirraġuna li kull sena jkollu bżonn numru ta’ ħaddiema, għoxrin elf, tlettin elf, mitt elf emigrant skont il-kobor tal-pajjiż u l-bżonnijiet tiegħu. Dan huwa fejn jirrigwardja n-naħa tad-domanda.
Minn naħa tas-supply biex ngħidu hekk l-imbottatura ġejja minn pajjiżi fejn hemm il-jasar, il-fejn hemm il-ġuħ, id-dwejjaq u n-nuqqas ta’ futur għaż-żagħżagħ.
M’hemmx dubju illi minn dak li rajna f’dawn laħħar snin u li qed inkomplu naraw, dawn in-nies jippreferu jissugraw ħajjithom u jitilqu minn pajjiżhom biex jippruvaw jidħlu b’mod sew leġittimu jew klandestin f’pajjiż ieħor biex għall-inqas hajjithom tkun ftit aħjar jew inkella aħjar minn dik li hija illum. Dawn huma l-emigranti ekonomiċi jiġifieri għandek imbottatura. L-ikbar imbottatura ġejja mill Afrika dik li ngħidula sub-Sahara. Minn taħt id-desert ‘l-isfel tas-Sahara għandek pajjizi li huma b’faqar kbir u għad kbir ta’ nuqqas ta’ futur u tbatija kbira għal nieshom.
Min-naħa tal-Ewropa l-pajjiżi jagħmlu l-istima tagħhom b’mod li għandhom bżonn nies biex jaħdmu fil-pajjiżi peress illi l-popolazzjoni dejjem nieżla u żwieġijiet aktar jiġu posposti. It-tfal u l-familja fil-pajjiżi tal-Ewropa huma anqas numerużi u għalhekk il-popolazzjoni dejjem nieżla u għandna bżonn aktar u aktar nies biex tistabbilixxi ruha. Mela għandek pajjiżi bħal Ġermanja kif ukoll Malta illi qed ibagħtu minn dan in-nuqqas u ta’ popolazjoni dejjem tixjieħ, nuqqas ta’ nies u għallura ikollna bżonn dawn l-imigranti.
B’dan li qed ngħid wieħed jifhem illi għandu jkun hemm mod ordnat kif dak li għandu ż-żejjed u l-ieħor għandu n-nieqes jinstab bilanċ b’mod regolari. Bħalma meta l-Maltin marru l-Awstralja u saru l-intervisti, l-awtoritajiet Awstraljani kienu b’hekk jafu l-kapaċitajiet tagħhom u poġġewhom dirett f’xogħol li kienu jaħsbu li huma l-aktar addatati għalih jew jigwidawhom u jagħtuhom direzzjoni biex imorru l-post fejn ikunu jistgħu isibu x-xogħol. Fejn hemm bżonn il-mastrudaxxa, il-welder jew il-bidwi skont il-kapaċitajiet u l-bżonnijiet.
Iżda meta l-affarijiet ma jkunux regolati jkun hemm kaos. Jiżdied is-sogru minn nies li jkunu ddisprati biex jaħarbu minn pajjiżhom u għalhekk jkollna l-kaos li għandna fil-Mediterran. Sfortunatament dan il-fenomimu qed jolqot ukoll lil pajjiżna. Is-soluzzjonijiet huma ċari u fejn tidħol l-emigazzjoni ekonomika din għandha tkun regolarizzata.
L-esperti, l-Ewropej kif ukoll aħna l-politiċi nafu illi l-ewwelnett għandna nnaqqsu kemm jista’ jkun il-pressjoni żejda billi ikun hemm aktar żvilupp f’dawn il-pajjiżi iżda xort għandna nirranġaw biex dan isir b’mod regolat.
L-Ewropej iridu jinvestu bil-kbir fl-Afrika ta’ Fuq f’ċentri kbar ta’ akkoljenza sabiex jilqgħu lil dawn in-nies u sabiex jaraw illi ma jibqgħux jissugraw ħajjithom u hemm jibdew jaraw min hu r-refjuġat u Min hu emigrant bi prospettiv ekonomiku biex l-affarijiet jkunu kif suppost fir-rigward ta’ dokumenti. Sintendi l-Unjoni Ewropea trid tinvesti bil-kbir f’dawn iċ-ċentri u ma tħallix l-organizzazzjoni ta’ dawn iċ-ċentri f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali peress li l-iżvilupp ta’ dawn il-pajjiżu għadu ħafna lura u b’hekk jkun hemm tbatijiet, sofferenzi u affarijiet anqas sbieħ minn hekk.
Fir-rigward tal-emigrazzjoni wieħed irid jittratha u jiddiskutiha. Mhux sew li xi Stati membri tal-l-Unjoni Ewropea jitħallew i dabbru rashom u jgħidu aħna ma rridux nidħlu f’xi skema ta’ solidarjetà u lanqas irridu niddiskutu. L-Ewropa tistenna soledarjetà minn kulħadd. U dan huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea. Aħna pajjiżna dejjem wera soledarjetà fejn jidħlu finanzi u fejn jidħlu l-bżonnijiet tal-emigranti u allura kull membru tal-Unjoni Ewropea għandu jerfa’ l-piż tiegħu ħalli dan il-piż jinqasam b’mod ġust bejn il-membri kollha tal-Unjoni
Il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju 2018
2 responses to “Soluzzjonijiet Ghall-Emigrazzjoni fil-Meditterran”
5 mg suppressed E1S and E2 levels to a greater degree than anastrozole 1 mg in postmenopausal women taking AIs as part of their adjuvant therapy for hormone receptor positive breast cancer Fig 2A and 2B order priligy online
PMID 32639515 Free PMC article order priligy online usa