Taqra kemm taqra fuq pajjiż, issir taf iktar u tibda tifhem aktar fuqu, wara li tkun żortu. Waqt iż-żjara tiegħi dan l-aħħar f’ Beijing, il-belt kapitali taċ-Ċina, fejn kont hemm fuq xogħol tal-Gvern, ma tistax ma tħossx mil-qrib il-ġrajjiet li qed jaffetwaw sew liċ-Ċina bħalissa, affarijiet li huma ferm kontroversjali u nkwetanti.
Bla dubju ta’ xejn, qed nirreferi għar-relazzjoni kummerċjali xejn tajba li qed tiżvolġi bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerika.
Din il-kwistjoni, mhux biss qed taffettwa ekonomikament dawn iż-żewġ pajjiżi iżda il-pajjiżi kollha tad-dinja. Fl-aħħar laqgħa li attendejt tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, li saret ġewwa Washington, iddiskutejna kif l-ekonomija u l-kummerċ Internazzjonali qed jiġu affettwati negattivatament b’din il-kwistjoni. Dan hu riżultat ta’ tariffi li qed jimponi l-President Amerikan fuq prodotti mpurtati miċ-Ċina u ir-reazzjoni għal dawn it-tariffi għoljin li ġgħalet liċ-Ċina biex iżżid hi ukoll it-tariffi fuq prodotti mpurtati mill-Istati Uniti tal-Amerika.
Meta nsemmu ċ-Ċina qed nitkellmu fuq popolazzjoni ta’ kwazi 1,400 miljun ruħ. Iċ-Ċina kienet u għada Kommunista, imma il-Gvern Ċiniż, fis-sebgħin u tmeninijiet, beda jiftaħ l-ekonomija tiegħu. Din il-liberaliżżazzjoni ekonomika saret b’mod ippjanat, strutturat u bi pjan strateġiku. Dan il-mod ta’ liberaliżżazzjoni, ippermetiet liċ-ċittadini Ċiniżi, ikunu kapaċi li jsiru imprendituri u anke sinjuri kbar, saħansitra li wħud minnhom saru miljunari u anke biljunarji. Fil-fatt, fiċ-Ċina hemm l-ikbar numru ta’ biljunarji li jgħixu madwar id-dinja. Dan kollu sar għax il-Gvern Ċiniż ħalla lil-poplu Ċiniż jieħu l-inizzjattiva imprenditorjali u tħallew jespandu l-industriji tagħhom. Dan it-tkabbir ekonomiku wassal biex jogħla il-livell tal-għajxien tal-poplu Ċiniż kollhu kemm hu.
Dan it-tkabbir ekonomiku, wassal biex iċ-Ċina, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ volumm ta’ esportazzjoni, għadda l-esportazzjoni tal-Istati Uniti. Dan poġġa liċ-Ċina biex l-industriji tagħha, jkunu l-fornituri ewlenin ta’ diversi prodotti madwar id-dinja kollha. Ta’ dan kollu hu l-fatt li l-ilbies tal-marki renomati, il-karozzi lussużi, il-manifattura ta’ partijiet tal-ajruplani u vapuri u anke sħaħ qed isiru kollha jew fiċ-Ċina jew minn materja prima manifatturata fiċ-Ċina. L-iktar settur li rnexxa, huwa dak tal-elettronika. F’dan il-qasam, iċ-Ċina saret ukoll innovattiva, grazzi għar-riċerka li qed issir. Illum, l-akbar kumpaniji li jibbażaw il-produzzjoni tagħhom fuq innovazzjoni u riċerka, jinsabu jew fl-Istati Uniti jew fiċ-Ċina. Dawn iż-żewġ pajjiżi ħolqu kumplessi mgħarufa bħala “science parks” fejn il-kumpaniji jaħdmu id f’id u mill-qrib ma’ universitajiet kbar u ta’ fama Internazzjonali.
Iċ-Ċiniżi, xtraw l-innovazzjoni mill-pajjiżi Ewropa u komplew jibnu fuq din l-innovazzjoni. Iċ-Ċiniżi mxew ukoll ħafna il-quddiem f’dik li hi enerġija, tant li spiċċaw jgħinu pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, bħall-pajjiżi tal-Kontinent Afrikan.
Meta kont qed inżur iċ-Ċina, żort xi kumpaniji li joperaw fis-settur tal-enerġija fiċ-Ċina, fejn qaluli li għandhom proġetti u investiment kważi f’kull pajjiż Afrikan. Dawn il-proġetti jvarjaw minn impjanti nuklejari, impjanti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija konvenzjonali, liema ġenerazzjoni ġejja kemm mill-faħam kif ukoll miż-żejt u l-gass. Iċ-Ċiniżi daħħlu wkoll fil-bini ta’ impjanti li jiġġeneraw enerġija mix-xemx, mir-riħ u mill-mewġ tal-baħar.
Dan is-suċċess li qed tgawdi minnu ċ-Ċina, wassal biex jagħti fastidju lill-Istati Uniti. Ir-raġuni m’hiex faċli li ssiba. Hemm raġunijiet diversi – wieħed jista’ jsemmi li ċ-Ċina tadotta prattiċi restrittivi fejn tidħol importazzjoni ġewwa pajjiża, restrizzjoni li tagħmilha diffiċli li timporta prodotti ġewwa ċ-Ċina u dan kuntrarju għas-sistemi li huma mħaddna fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, fejn ma hemmx dawn il-prattiċi restrittivi, ghall-inqas fid-deher.
Kien għalhekk li wassal lill-Istati Uniti li jipprovaw jinnegozjaw trattati għal kummerċ ħieles maċ-Ċina. Meta ma kienx hemm reġistrat progress, l-Istati Uniti bdew jimponu tariffi aktar għoljin fuq il-prodotti Ċiniżi. Dan kollu wassal għal gwerra kummerċjali, fejn pajjiż jibda jgħolli it-tariffi hu wkoll biex ipattieha lil pajjiż l-ieħor.
Din hi sitwazzjoni li ser twassal għal riċessjonijiet kriżijiet ekonomiċi u hemm bżonn li tinstab soluzzjoni li treġġa l-arloġġ lura għas-sitwazzjoni li kienet tirrenja ftit ilu. Din mhix faċli li ssir sakemm nies influwenti, li jaħdmu mal-President Amerikan, u li huma magħrufin għal preġudizzju li għandhom kontra dak kollu li hu Ċiniż, jibqgħu jokkupaw dawn il-karigi.
L-aħħar inċident li seħħ u li wassal biex tkompli teskala it-tenzjoni li hemm bejn l-Amerika u ċ-Ċina, kienet dik tal-kumpanija Huawei. Din il-kumpanija, għandha it-teknoloġija avvanzatissima specjalment dik mgħarufa bħala 5G, teknoloġija li t-tejjeb il-meżż ta’ kommunikazzjoni. Dan wassal sabiex l-Amerikani jixlu liċ-Ċiniżi li b’din it-teknoloġija, qed jispjunaw fuqhom u qed jgħaddu l-informazzjoni għal ġewwa ċ-Ċina. Din l-allegazzjoni, qed twassal biex anki pajjiżi oħra – bħal pajjiżi Ewropej u oħrajn – qed jibdew jiddubitaw jekk jużawx it-teknoloġija elettronika offruta minn Huawei.
Il-fatt jibqa’ li anke kumpaniji Amerikani, huma esposti għall-ispjunaġġ, tant li ftit ta’ snin ilu, ġie rrappurtat kif l-Amerikani kienu spijjaw u r-rekordjaw taħdidiet telefoniċi ta’ leaders ta’ pajjiżi kbar Ewropej, inkluza l-Kancillier Ġermaniza Merkel. U dan kollu bl-iskuża tas-sigurta’ nazzjonali Amerikana.
Għalhekk, dawn l-affarijiet jiġru kullimkien u m’humiex aċċettabbli, jgħamilhom min jagħmilhom.
Dan kollu qed iwassal, biex ser nidħlu fi gwerra bierda, bħal ma fil-passat kellna gwerra bierda bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Russja fejn jidħlu armi nuklejari, issa għandna gwerra bierda fejn jidħol il-kummerċ. Din is-sitwazzjoni mhux qed tagħmel ġid lil ħadd.
Aħna, bħala Ewropej, se naħdmu kemm nifilħu biex din il-gwerra bierda, tieqaf għax qed tagħmel ħsara mhux biss liż-żewġ pajjiżi, iżda lilna wkoll. Jekk dawn iż-żewġ pajjiżi tant kbar, jkomplu jżidu l-kummerċ minflok joħonquh , għandhom tant x’joffru lill-umanita’ u l-pajjiżi kollha madwar id-dinja. Nawgura lil mexxejja biex jaħdmu biex din il-kwistjoni tirrisorvi ruħha.
Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2019
39 responses to “Tgħid resqin lejn gwerra bierda bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u ċ-Ċina?”
Your article helped me a lot, is there any more related content? Thanks!
dang nh?p alo789: alo789 – alo789 chinh th?c
legitimate canadian online pharmacies certified canada pharmacy online canadian 24 hour pharmacy
https://mexicanpharminter.shop/# reliable mexican pharmacies
canadian pharmacy no scripts: Online pharmacy USA – canadian online drugstore
http://indiamedfast.com/# cheapest online pharmacy india
online medicine shopping in india cheapest online pharmacy india India Med Fast
mexican pharmacy online order mexican drug stores online mexican pharmacy online order
reliable mexican pharmacies mexican pharmacy online store MexicanPharmInter
kamagra 100mg kopen kamagra kopen nederland Kamagra Kopen Online
Generic100mgEasy: Viagra Tablet price – Generic 100mg Easy
cialis without a doctor prescription cialis without a doctor prescription cialis without a doctor prescription
Generic 100mg Easy: buy generic 100mg viagra online – Generic100mgEasy
TadalafilEasyBuy.com Tadalafil Easy Buy TadalafilEasyBuy.com
buy Viagra online: Generic 100mg Easy – Generic100mgEasy
KamagraKopen.pro kamagra 100mg kopen kamagra jelly kopen
kamagra 100mg kopen: kamagra pillen kopen – kamagra pillen kopen
cialis without a doctor prescription cialis without a doctor prescription cialis without a doctor prescription
kamagra kopen nederland: kamagra jelly kopen – kamagra 100mg kopen
Kamagra Kopen Online KamagraKopen.pro Kamagra Kopen Online
пин ап казино зеркало: https://pinupkz.life/
kamagra pillen kopen Officiele Kamagra van Nederland kamagra jelly kopen
пин ап казино зеркало: https://pinupkz.life/
kamagra 100mg kopen Kamagra Kopen Officiele Kamagra van Nederland
пинап казино: https://pinupkz.life/
TadalafilEasyBuy.com TadalafilEasyBuy.com Tadalafil Easy Buy
https://apotheekmax.com/# Apotheek Max
Kamagra Oral Jelly kaufen Kamagra online bestellen Kamagra Original
https://apotekonlinerecept.shop/# apotek online
http://kamagrapotenzmittel.com/# Kamagra Oral Jelly
kamagra Kamagra Oral Jelly kamagra
apotek pa nett: apotek online – apotek pa nett
https://apotheekmax.shop/# Apotheek Max
Apotheek Max de online drogist kortingscode Online apotheek Nederland zonder recept
https://kamagrapotenzmittel.com/# Kamagra Oral Jelly
http://apotheekmax.com/# online apotheek
http://kamagrapotenzmittel.com/# Kamagra kaufen
https://apotheekmax.shop/# online apotheek
Apotek hemleverans idag apotek online Apoteket online