Huma ħafna li jitolbu pariri kif jamministraw il-flus tagħhom. Mhuwiex dejjem faċli li tagħti risposta sempliċi għaliex fil-ħajja, ċ-ċirkustanzi jinbidlu, u allura l-mod ta’ kif jistgħu jiġu amministrati l-flus u l-investimenti ta’ kull persuna jvarjaw u jinbidlu skont iċ-ċirkostanzi.
Pereżempju, huwa diffiċli li wieħed iġemma’ meta wieħed għandu familja, speċjalment jekk dak għandu wkoll it-tfal li jkunu qed jikbru u jkollhom ħafna bżonnijiet. Pero huwa tajjeb li jirnexxielu jwarrab xi haġa minn kmieni kemm jista’ jkun.
Għalhekk aħna bħala Gvern ħadna l-pass li nintroduċu nċentivi fiskali sabiex ninkoraġġixxu lin-nies biex jinvestu fil-futur tagħhom billi għamilna dan l-investiment aktar attraenti permezz ta’ tax credits. Dan għamilnieh permezz tal-iskemi tal-pensjoni tat-tielet pilastru, li ġew imħabbra biss ftit xhur ilu. B’hekk il-familji li jirnexxielhom jġennbu ftit flus għal meta jirtiraw jiżguraw futur għalihom u għal uliedhom.
Hafna huma l-problemi li jqumu wkoll meta wieħed jasal biex jirtira. Dan għaliex id-dħul mill-paga jieqaf u l-persuni jaqgħu fuq il-pensjoni u xi dħul ieħor minn investimenti li jista’ jkollhom.
Ħafna drabi jiġri li persuni, hemm koppji kif wkoll individwi li jghixu wahedhom, , jispiċċaw bi propjeta` li tiswa ħafna flus. Iżda minkejja dan, jista jaghti l-kaz li flus likwidi ma jkollhomx. Minhabba dan in-nuqqas ta’ likwidita huma jispiċċaw jgħixu hajja li tkun hafna nqas komda milli fil-verita jista’ ikollhom. Ezempju ta dan hu meta persuna li tilhaq certu eta u tkun qed tircievi l-pensjoni ma tkunx tista tkompli tghix l-istess tip ta hajja li kienet tghix qabel minhabba dhul finanzjarju nqas. Ezempju iehor hu meta koppja anzjana ikunu jixtiequ joqghodu f’dar tal-anzjani privata fejn jistgħu jirċievu l-attenzjoni u l-kura izda minhabba nuqqas ta likwidita ma jkunux jistghu jaghmlu dan, minkejja li jkollhom propjeta li tiswa hafna flus. Dilemma kiefra.
Għalhekk, il-Gvern qed jaħseb biex jinkoraġġixxi u jirregola skemi fil-pajjiż biex jipprovdu dawk li bl’Ingliż ngħidulhom annuities marbutin mal-propjetà. Dan jiġifieri persuna li jkollha l-propjetà, jew xi assi oħra, tkun tista’ tirċievi, sakemm tintemm ħajjitha u skont iċ-ċirkostanzi, dħul finanzjarju li permezz tiegħu din il-persuna tkun tista’ tibbenefika minn dħul fis-sena li bih tkun tista’ tgħix sew anke jekk tmur tgħix f’dar privata ukoll.
Sintendi struttura bħal din mhix faċli, u trid tkun regolata għax jista’ jkun hemm xi abbużi. Huwa ferm importanti li jkun hemm trasparenza shiha fejn l-individwu li jkun qed jieħu parti f’dan it-tip taskema jkun jaf kemm hi r-rata tal-imgħaxx li fuqha qed tinħadem din il-formola, u jkun ukoll jaf il-mod kif jiddisponi mill-propjeta`. Essenzjali wkoll li persuna jkollha l-informazzjoni kollha li tippermettila tiehu decizzjoni ghaqlija u bilancjata umhux jagħti l-propjeta` tiegħu jew tagħha kollha f’ghama. Dan minhabba li fatt li jista’ jkun li parti mill-propjeta tkun tmur għal wirt tat-tfal jew ghal ghand xi membri ohra tal-familja.
Dawn it-tip ta’ skemi u mezzi jistghu jghinu lil hafna persuni anzjani jghixu hajja ahjar izda illum l-gurnata sfortunatament ma tantx hawn informazzjoni dwarhom f’pajjiżna. Minhabba dan, ħafna anzjani qed ibatu minkejja li ghandhom assi ta’ valur kbir, iżda ma jistgħux jużawhom sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. ‘Il quddiem inżommkom aktar infurmati b’dan li se nkunu qed naghmlu f’termini ta’ liġijiet u regolamenti sabiex nipproteġu lill-anzjani li jkunu mħajrin jieħdu vantaġġ minn dawn il-prodotti finanzjarji.
– Friday, 20th January, 2014