Laqgha ta’ Diskussjoni – EJJA U STAQSI – Il-Gimgha, 27 ta’ Jannar – Villa Overhills, Birzebbuga


Id-dejn nazzjonali dejjem jikber f’pajjizna huwa ta’ ugiegh ta’ ras u ta’ inkwiet. L-Ewro Parlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna qal dan f’laqgha pubblika’ Ejja u Saqsi’ f’Birzebbuga nhar il-Gimgha 27 ta’ Jannar.

Il-Professur Scicluna waqt li tkellem dwar il-hidma fejjieda tieghu fil-Parlament u fil-Kumitat ghall Affarijiet Ekonomici u Monetarji li huwa ghadu kemm rega gie mahtur Vici President tieghu qal li fil-prezent qed jahdem fuq tlett rapporti ohra.

Il-Professur Scicluna wiegeb diversi mistoqsijiet tal-udejenza fosthom dwar il-kwistjoni tal-ID cards skaduti, il-kwistjoni tal-hsejjes mill-Port Hieles u t-tingis mill-Power Station, il-bagit tal-gvern li mar zmerc u l-40 miljun ewro li L-Kummissjoni Ewropea galet lill-Gvern Malti inaqqas minnu. Fost affarijiet ohra L-Professur Scicluna tkellem dwar il-finanzjament tal-bini tal-Parlament gdid u tat-tijatru minghajr saqaf li l-Unjoni Ewropea qalet li huwa progett li mhux vijabli.

 

–  Gallery  –

[nggallery id=67]

Photography by Ray Attard.

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *