Massive ECB Liquidity Operation – L-MEP u Int – Prog 94


Fis-Summit tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropeja li sar dan l-ahhar intlahaq ftehim dwar x’jehtieg li jsir biex dawn il-pajjizi jindirizzaw il-problemi fiz-zona ewro. L-Ingilterra iddecidiet li ma tkunx parti minn dan il-ftehim. F’dan il-programm l-Ewroparlamentari Laburista il-Professur Edward Scicluna jitkellem dwar x’ifisser ezattament dan il-ftehim u jekk il-problemi fiz-zona ewro humiex ser jigu solvuti. Jghid ukoll x’ifisser li l-pajjizi jintrabtu permezz ta’ emendi fil-kostituzzjoni taghhom jew tibdil iehor fil-ligi ta’ pajjizhom biex jassiguraw li l-budgets ikunu bilancjati. Fl-ahharnett il-Professur Scicluna jitkellem dwar il-laqgha li kellu mal-President tal-Bank Centrali Ewropew Mario Draghi fi Frankfurt, il-Germanja, bhala membru ta’ delegazzjoni zghira mill-Parlament Ewropew.

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *