Aktar minn €69,500 f’għajnuna mill-Fond għall-Kawżi Ġusti


Il-Ministru għall-Finanzi, il-Prof. Edward Scicluna, it-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016 qassam €69,588.08 f’għotjiet mill-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti lil sitt organizzazzjonijiet minn oqsma differenti. F’laqgħa li saret fil-Ministeru, il-Belt Valletta, il-Prof. Scicluna kellu wkoll l-okkażjoni li jiddiskuti mar-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet, li huma l-Caritas Malta, l-Emergency Response and Rescue Corps, is-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, ir-Rehabilitation in Society Foundation (RISE), il-Ħbieb tat-Tempju Sant’Elena ta’ Birkirkara, u l-Physically Handicapped Rehabilitation Fund.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Prof. Scicluna qal li permezz ta’ fondi bħal dan, huwa possibbli li jiġu megħjunin għaqdiet żgħar bi ħtiġijiet relattivament modesti li huwa diffiċli ħafna li jintlaħqu mis-sistema soċjali tal-Istat. “Hawn min jistaqsi għaliex, minflok ma joqgħod jgħin lil għaqdiet minn fondi bħal dan, il-Gvern ma jaqbadx u jżid mill-ewwel dawn il-flus man-nefqa tal-budget nazzjonali,” irrimarka l-Ministru. “Fil-budget tiegħu l-Gvern irid bilfors jaqta’ linja, u taqta’ fejn taqta’, xi ħadd se jibqa’ barra. Permezz ta’ fondi bħal dan, kulħadd ikun kopert.”

pr160143a

 

Il-Ministru saħaq fuq l-importanza tal-governanza tajba fit-tmexxija ta’ fond bħal dak għall-Fondi Ġusti. Huwa qal li ma jinħarġux għotjiet mill-fond qabel ma jiġu ppreżentati l-irċevuti rilevanti, u l-fond ma jkoprix l-ispiża kollha kemm hi.

Fl-2015, l-għotjiet mill-Fond għall-kawżi Ġusti b’kollox ammontaw għal €948,166.59.

govmt_logo   iNews_Logo   timesofmalta_logo  maltatoday2_logo   newsbook_logo   tvm_logo

Monday 25th January 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *