19-il għaqda mhux governattiva gawdew bejniethom aktar minn €405,000 f’fondi sabiex bihom huma jkunu jistgħu ikomplu jagħmlu ġid fil-komunita’ tal-belt jew r-raħal tagħhom. Il-fondi li ġew iffinanzjati mill-Fond tal-Lotterija
Nazzjonali għal Kawżi Ġusti ġew imqasma mill-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna.
Il-Ministru fisser kif b’dawn il-flus, il-komunita’ Maltija u Għawdxija inġenerali minn kull aspett tal-ħajja ser tkun qed tgawdi minnhom; dan għall-fatt li mhux biss ser ikun hemm proġetti ta’ restawr tal-patrimonju Malti fosthom
pitturi ta’ Matti Preti imma wkoll ser ikunu mgħejjuna individwi li sfaw vittmi ta’ vjolenza domestika u persuni li huma f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, kif ukoll ser tiżdied il-mobbilita’ soċjali fost il-persuni b’diżabilita’.
27th July 2019
One response to “€405,532 f’fondi għal proġetti fil-komunita’”
Can you be more specific about the content of your article? After reading it, I still have some doubts. Hope you can help me.