Fiduċja li tintlaħaq rata ta’ assorbiment ta’ 90%+ mill-fondi Ewropej għall-2007-2013


Il-Ministru għall-Finanzi, il-Prof. Edward Scicluna, esprima l-fiduċja sħiħa tiegħu li, bl-impenn kollettiv sħiħ tal-impjegati tat-Taqsima għall-Ġestjoni tal-Fondi tal-UE fi ħdan id-Dipartiment tat-Teżor, Malta se jirnexxilha tilħaq il-mira tagħha li tassorbi ’l fuq minn 90 fil-mija mill-programm ta’ fondi Ewropej għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013.

 STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

press

Il-Ministru kien qed jitkellem waqt żjara ta’ apprezzament u inkoraġġiment li għamel il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015 lill-ħaddiema tal-Unità, li bħalissa qegħdin jaħdmu bla waqfien f’dan iż-żmien tal-Festi, inkluż fil-jiem ta’ tmiem il-ġimgħa, biex jiskrutinizzaw u jipproċessaw il-pagamenti dovuti biex kemm jista’ jkun Malta ma titlifx fondi Ewropej allokati għaliha. Id-data sa meta jridu jsiru l-pagamenti mill-Gvern lill-benefiċjarji ta’ dawn il-fondi, biex imbagħad ikun jista’ jressaq it-talbiet għar-rifużjoni lill-Kummissjoni Ewropea, hija l-31 ta’ Diċembru 2015.

pr152894c

“Kif jaf kulħadd, sibna rata ta’ assorbiment baxxa, iżda bi sforz kollettiv f’dawn l-aħħar sentejn ħdimna biex wasalna għal punt fejn ninsabu fiduċjużi li se jirnexxilna nilħqu rata ta’ assorbiment qawwija ħafna,” qal il-Ministru Scicluna. “Konvint li, bl-ispirtu ta’ kolleġġjalità li għandhom bejniethom il-maniġment u l-impjegati ta’ din it-Taqsima tat-Teżor, u b’kollaborazzjoni mal-entitajiet l-oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-fondi Ewropej, se naslu biex dak li mmirajna għalih, nilħquh.”

 

Il-Ministru għall-Finanzi ġie mdawwar mal-post u introdott lill-impjegati mid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tat-Teżor, is-Sur Noel Camilleri, u mill-Kap tat-Taqsima għall-Ġestjoni tal-Fondi tal-UE, is-Sur Albert Zahra. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, is-Sur Alfred Camilleri.

govmt_logo   tvm_logoiNews_Logo   MI_logo   gozonews

Sunday 20th December 2015

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *