Ġie ffirmat ftehim bejn il-korporazzjoni Malta Enterprise, Malta Industrial Parks u l-bank li ġie mwaqqaf ftit ta’ xhur ilu, Malta Development Bank, fil-preżenza tal-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar Chris Cardona u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Din il-kollobarazzjoni għanda l-għan li tgħin negozji ta’ kull daqs ġejjin minn setturi differenti jikkwalifikaw għal self kummerċjali.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR
U MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Id-domanda għall-finanzi min-negozji dejjem tiżdied hekk kif kundizzjonijiet ekonomiċi jissaħħew. L-ekonomija lokali qed tinbidel għal waħda ffukata fuq servizzi u waħda knowledge-based, li jsibuha iktar diffiċli meta jiġu għall-aċċess tal-finanzi minn selliefa. In-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi joħloq limiti għan-negozji li joperaw bil-potenżjal sħiħ tagħhom u huwa l-aktar ostaklu komuni għall-innovazzjoni u għall-attività kummerċjali ġenerali.
Għalhekk, il-ftehim tal-lum se jippermetti l-iżvillupp ta’ għajnuna għal negozji li huma iktar riflessi tar-realtà u l-bżonnijiet tal-ekonomija u s-soċjetà lokali.
Il-Ministru Cardona stqarr kif il-gvern, waqt li jgħarraf il-bżonnijiet tas-suq lokali, għandu responsabbilità li meta l-pajjiż ikun fuq quċċata ekonomika bħal ma ninsabu llum, niżirgħu ż-żerriegħa għat-tkabbir sostennibli t’għada. Din il-kollobarazzjoni se tgħin fl-istrateġija tal-gvern għall-diversifikazzjoni u biex inrawmu kultura ta’ innovazzjoni u intraprenditorija f’pajjiżna.
Il-Ministru Scicluna qal li l-objettiv strateġiku tal-Malta Development Bank huwa li jindirizza nuqqasijiet fis-suq. Aktar milli spirat minn kunsiderazzjonijiet purament kummerċjali, il-Malta Development Bank se jkun primarjament kommess li joffri appoġġ lil objettivi soċjo-ekonomiċi fl-interess pubbliku bl-għan li jissaħħaħ aktar żvilupp u jkun ta’ benefiċċju għat-tkomplija tat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.
Thursday 5th April 2018
2 responses to “Ftehim li jgħin lin-negozji jkollhom aċċess għall-finanzi”
Thanks for sharing. I read many of your blog posts, cool, your blog is very good.
Thank you for your sharing. I am worried that I lack creative ideas. It is your article that makes me full of hope. Thank you. But, I have a question, can you help me?