Gruppi ta’ ħidma bejn Malta u l-Italja dwar l-infurzar fil-qasam tat-taxxa


Malta u l-Italja se jistabbilixxu bejniethom gruppi ta’ ħidma tekniċi biex jevalwaw oqsma li fihom jista’ jkun hemm aktar koperazzjoni bilaterali f’materji ta’ taxxa, fosthom l-infurzar tal-ġbir tat-taxxi.
Dwar dan intlaħaq qbil bejn il-Ministru tal-Finanzi Malti, Edward Scicluna, u dak Taljan, Pier Carlo Padoan, waqt laqgħa li saret f’Ruma lbieraħ l-Erbgħa 20 ta’ Mejju.

 

Stqarrija għall-Istampa mill-Ministeru għall-Finanzi

 

[nggallery id=256]

 

Il-Ministru Scicluna spjega li, sabiex issaħħaħ l-istrutturi tal-infurzar tat-taxxa tagħha, Malta qed tħares mill-qrib lejn l-aħjar prattiċi f’pajjiżi oħrajn. F’dan ir-rigward, huwa talab għal koperazzjoni bilaterali f’dan il-qasam, sabiex uffiċjali Maltin ikunu jistgħu jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jevalwaw il-mudell Taljan.

Il-Ministru Padoan irrimarka li huwa jifhem u japprezza l-istrateġija ta’ Malta ta’ konsolidament fiskali li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku. Qal li r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja huma b’saħħithom u tajbin. Barra minn hekk, il-fluss tal-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi huwa san. Żied jgħid li, min-naħa tagħha, l-Italja hija impenjata li tibqa’ ssaħħaħ il-koperazzjoni diġà mill-qrib li għandha ma’ Malta.

Filwaqt li iżża ħajr lill-Ministru Padoan għall-impenn tiegħu biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, il-Ministru Scicluna rrefera għall-mandat tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) biex jopera fl-Afrika ta’ Fuq. Tali mandat jiftaħ opportunitajiet ġodda. Malta qed tħeġġeġ l-involviment tal-BERŻ fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u qed toffri li sservi ta’ bażi minn fejn il-Bank ikun jista’ jopera.Il-Ministru Taljan wiegħed l-appoġġ tiegħu għall-proposta Maltija.
Id-delegazzjoni Maltija f’Ruma kienet tinkludi lill-Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Italja, is-Sra Vanessa Frazier, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, is-Sur Alfred Camilleri, u d-Direttur Ġenerali fl-Unità tal-Fiskalità Internazzjonali, is-Sur Aldo Farrugia.

Il-Ministru Padoan, min-naħa tiegħu, kien akkumpanjat minn diversi uffiċjali għoljin mill-Ministeru tal-Finanzi, mit-Teżor u mill-Guardia di Finanza, kif ukoll mill-Ambaxxatur Taljan għal Malta, Giovanni de Vito.

 

Joint Maltese-Italian working groups on tax enforcement

Malta and Italy will set up joint technical working groups to evaluate areas of further bilateral cooperation on tax matters, including the enforcement of tax collection.

This was agreed by Maltese Minister for Finance, Edward Scicluna, and his Italian counterpart, Pier Carlo Padoan, during a meeting held in Rome yesterday, Wednesday 20th May.

 

Press Release from the Ministry for Finance

 

pr151148a

 

Minister Scicluna explained that, in a bid to strengthen its tax enforcement structures, Malta is looking closely at best practices in other countries. In this respect, he requested bilateral cooperation in this area, so that Maltese officers are better placed to evaluate the Italian model.

Minister Padoan remarked that he understood and appreciated Malta’s growth-friendly fiscal consolidation strategy. The bilateral relations between Malta and Italy were strong and good, he said. Additionally, the flow of investment between the two countries is healthy. He added that, on its part, Italy is committed to continue strenthening its already close cooperation with Malta.

Whilst thanking Minister Padoan for his commitment to strengthen the cooperation between the two countries, Minister Scicluna referred to the European Bank for Reconstruction and Development (EBRD)’s mandate to operate in North Africa. Such a mandate provides new opportunities. Malta is encouraging the EBRD’s involvement in the North African countries and is offering to serve as a base from which the Bank can conduct its operations. The Italian Minister promised his support to the Maltese proposal.
The Maltese delegation in Rome included Malta’s Ambassador to Italy, Ms Vanessa Frazier, the Permanent Secretary at the Ministry for Finance, Mr Alfred Camilleri, and the Director General at the International Tax Unit, Mr Aldo Farrugia.

Minister Padoan, on his part, was flanked by several high-ranking Italian officers from the Ministry for Finance, the Treasury and the Guardia di Finanza, as well as by the Italian Ambassador to Malta, Giovanni de Vito.

 

Thursday 21st May 2015 

govmt_logo   newsbook_logo  MI   timesofmalta_logo   tvmnews_logo   iNews_Logo mondaq_logo2

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *