F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna tħabbar, kif il-Gvern Malti jinsab impenjat li jagħti donazzjoni ta’ bejn €20,000 u €50,000 mill-Fond għal Kawżi Ġusti, sabiex jinbena mill-ġdid l-ark ta’ San Publiju li nħaraq il-ġimgħa l-oħra.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li hu importanti ferm li l-gvern iħares il-wirt storiku għax dan hu parti mill-poplu. Il-Ministru Scicluna qal li seta’ jħoss in-nuqqas u d-dispjaċir li qed iħossu l-Furjaniżi u għalhekk laqqa’ b’urġenza l-bord tal-Fond għal Kawżi Ġusti.
Il-Ministru għall-Finanzi spjega li l-Fond għal Kawżi Ġusti jaħdem b’mekkaniżmu li l-gvern iħallas sa’ 66% tal-ammont totali, madankollu id-donazzjoni tal-gvern ma tistax taqbeż il-€50,000. Il-Ministru kkonkluda billi qal li l-gvern ħalla din id-donazzjoni miftuħa sakemm il-knisja Furjaniża jkollha l-istimi tal-ark il-ġdid f’idha.
Din il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirrizzata wkoll mill-Arċipriet tal-Furjana, Dun Charles Cini kif ukoll mis-Sindku tal-Furjana, s-Sinjorina Davina Sammut Hili.
Monday 6th May 2019
One response to “Il-Gvern impenjat li jagħti donazzjoni mill-Fond għal Kawżi Ġusti sabiex jinbena mill-ġdid l-ark ta’ San Publiju”
Can you be more specific about the content of your article? After reading it, I still have some doubts. Hope you can help me.