Il-Gvern Laburista fiducjuz li se jkun jista’ jzomm il-miri tad-deficit


L-Amministrazzjoni Nazzjonalista kienet dahlet ghal impenji finanzjarji minghajr ma ghamlet allokazzjoni ghalihom fil-Bagit. Izda minkejja dan il-Gvern prezenti se jibqa’ kommess li jzomm mal-miri tieghu ghat-tnaqqis tad-deficit tal-bagit. Hekk qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien mitlub ghar-reazzjoni tieghu rigward it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea li d-deficit ta’ pajjizna mistenni jitla’ ghal 3.7% sa tmiem l-2013.

 

Mistoqsi dwar kemm id-deficit li qed niffaccjaw bhalissa huwa responsabbiltà tal-gvern precedenti, il-Ministru jghid li, l-ewwel u qabel kollox wiehed irid izomm amment li l-Gvern precedenti kien pprogetta deficit ghas-sena 2013 ta’ 1.7% biss. Minn qabel l-elezzjoni, il-Partit Laburista kien ilu jishaq li l-cifri tal-Amministrazzjoni Nazzjonalista ma kienux jirriflettu r-realtà.

 

EuroCoins3460

 

Il-Ministru Scicluna spjega li meta l-Gvern prezenti ha f’idejh ir-riedni tal-pajjiz, sab ruhu f’sitwazzjoni li kellu jerga’ jipprezenta l-Bagit li ma kienx ghadda fil-Parlament f’Novembru tas-sena l-ohra, u li dan il-Gvern kien kommess li jzomm mal-qafas tieghu biex jiggarantixxi stabbiltà u jillimita l-incertezza fost il-familji u l-intraprizi Maltin u Ghawdxin.

 

Dan fil-kontest ta’ dikjarazzjonijiet mill-gvern precedenti li dan il-bagit kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea.

 

“Izda minn Novembru sal-gurnata tal-elezzjoni, l-Amministrazzjoni Nazzjonalista dahlet ghal diversi impenji finanzjarji, li jinkludu numru ta’ ftehim kollettivi mat-tobba, infermiera u ghalliema fl-MCAST, u li ghalihom naqas milli jipprovdi allokazzjoni finanzjarja fil-bagit”, isostni l-Prof Scicluna.

 

Izid jghid li apparti minn hekk, kien ukoll evidenti li l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ottimista zzejjed rigward ghadd ta’ tbassir u previzjonijiet, primarjament dwar id-dhul tal-Gvern. Fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu, “il-finanzi pubblici ma kienux kif kienu gew imhabbra, izda kif konna qieghdin nistennewhom li se jkunu.”

 

Il-Ministru Scicluna jghid li dan il-Gvern ghazel li b’mod responsabbli jonora l-ftehim kollettiv mal-haddiema li dahlet ghalihom l-Amministrazzjoni precedenti, jaghmel tajjeb ghal numru ta’ inizjattivi li l-Amministrazzjoni precedenti ghazlet li thabbar izda mhux li tiffinanzja, u kif ukoll jirrivedi l-projections tad-dhul tal-Gvern b’mod aktar realistiku.

 

Il-Ministru tal-Finanzi jishaq li hu ghalhekk li d-deficit tal-Gvern zdied mill-1.7% li kienet habbret l-Amministrazzjoni precedenti, ghall-2.7%, li jirrapprezenta zieda ta’ €66 miljun fin-nefqa tal-Gvern.

 

Dwar il-fatt li dan il-Gvern ghandu Kabinett ikbar, il-Minstru Scicluna jghid li n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward kibret biss b’madwar €3.5 miljuni, filwaqt li d-differenza totali li tahti ghaliha l-Amministrazzjoni precedenti tammonta ghal madwar €66 miljun. Id-deficit ghola b’madwar punt percentwali mhux minhabba l-Kabinett, imma kawza tal-irresponsabilità tal-gvern precedenti.

 

Il-Ministru Scicluna qal li l-Kabinett precedenti ma setax ilahhaq max-xoghol tal-gvern, kif wera r-rizultat. Kien ghalhekk li l-Gvern qassam certu responsabbiltajiet bejn numru ikbar ta’ ministri biex b’hekk dawn ikunu jistghu jiffukaw fuq dawk l-oqsma tal-pajjiz li ghandhom bzonn l-aktar xoghol.

 

Dwar il-fatt li numru ta’ pajjizi fl-UE talbu estensjoni ta’ zmien biex ibaxxu d-deficit, il-Ministru tal-Finanzi jghid li l-Gvern Laburista jinsab fiducjuz li se jkun jistà jzomm il-mira tad-deficit tieghu ta’ 2.7% u allura jaqà taht it-3% ghas-sena 2013 u dawk li gejjin.

 

Bhalissa l-Gvern qed jitkellem u jikkonsulta mal-Kummissjoni Ewropea sabiex jinforma ruhu abbazi ta’ x’hiex il-KE hasset il-htiega li tipprogetta deficit ghola. “Il-Gvern Malti hu fiducjuz li mhux se jkollu bzonn aktar zmien sabiex id-deficit nazzjonali jerga’ jinzel taht il-livelli accettabbli mill-KE”, temm jghid il-Prof Scicluna.

 

kullhadd

 

– kullhadd : Saturday, 11th May, 2013.

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *