Il-Ministeru għall-Finanzi għamel ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu dwar il-fatt li m’għandux ħsieb li fuq l-aġenda tiegħu jagħmel xi tibdil fil-COLA mal-Kummissjoni Ewropea wara li l-Kummissjoni ilha tagħmel pressjoni fuq dan għall-aħħar snin.
Il-Ministru għall-Finanzi kien qed jirreferi għal studju li għamel l-MCESD stess dwar dan is-suġġett fejn kien qed ikun propost tibdiliet li sal-lum m’hemm l-ebda qbil fuqhom. Huwa kien tal-fehma li s-sistema tal-COLA kif inhi llum għandha tikkonvinċi lill-Kummissjoni għaliex fiha diġà hemm ċertu flessibiltajiet li l-imsieħba soċjali għandhom jirrikonoxxu.
“Il-politika tal-gvern hi li m’hu qiegħed jipproponi l-ebda bidla fil-COLA,” stqarr il-Ministeru.
– Saturday, 27th April, 2013