Il-Kummissjoni Ewropea tikklassifika lil Malta bħala pajjiż “above average” fix-xiri bil-kuntratti


“Rapport li ġie maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-andament u l-effiċjenza tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fl-Istati Membri, juri li Malta ġiet klassifikata ma’ dak in-nukleju ta’ ftit pajjiżi li ir-riżultat tagħhom huwa eċċellenti.” Dan iddikjarah ilbieraħ il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt konferenza mtella’ mid-Dipartiment tal-Kuntratti ġewwa l-lukanda Le Meridien, San Ġiljan.

 

pr160670a

Il-Ministru Scicluna kien qed jindirizza lil aktar minn tlett mitt uffiċjal tas-Servizz Pubbliku li attendew seminar organizzat mid-Dipartiment tal-Kuntratti bit-tema, ‘The New Public Procurement Regulations.’

 

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Filwaqt li rringrazzja lill-uffiċjali pubbliċi tar-riżultat miksub, Edward Scicluna qal li huwa jinsab kuntent bil-progress li sar f’dan il-qasam. Huwa żied jgħid li r-ranking li tat il-Kummissjoni Ewropea fuq l-‘Overall Performance’ turi li Malta ngħatat score ta’ ‘above average’; dan ifisser li Malta qiegħda mall-pajjiżi Nordiċi, ir-Renju Unit, il-Belġju, l-Irlanda u l-Olanda.

Il-Ministru Scicluna semma’ kif, fejn jidħol il-persentaġġ ta’ kuntratti li jingħataw meta jkun hemm offerta waħda, bis-suspetti kollha li dawn it-tip ta’ kuntratti iqajjmu, dawn it-tipi ta’ kuntratti li kienu jlaħqu il-15% għas-sena 2010 komplew telgħin għal 25% sas-sena 2012. Però in numru ta’ kuntratti mgħotiha b’dan il-metodu niżel għal 18% matul is-sena 2013, u in-numru kompla jinżel għal 10% fis-sena 2014, l-aħħar sena li jkopri dan ir-rapport.

 

pr160670b

“Fir-regolamenti li sejrin jidħlu fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin sejjer ikun hemm aktar deċentralizzazzjoni u aktar użu tal-mezzi elettroniċi, liema proċeduri għandhom ikomplu jnaqqsu ż-żmien f’kemm kuntratt jiġi aġġudikat u titkompli titnaqqas il-burokrazija”, żied jgħid Edward Scicluna.

Il-Ministru Scicluna tenna’ jgħid li, wara li s-sena li għaddiet kienu ġew introdotti regolamenti fejn operaturi li jħaddmu individwi b’xogħol prekarjat jiġu eskużi milli jipparteċipaw għall-kuntratti pubbliċi, b’dawn ir-regolamenti issa sejrin jiġu eskużi dawk l-operaturi li jinqabdu li jkunu qed iħaddmu tfal, jew li jkunu inqabdu li qed jiffinanzjaw it-terroriżmu, jirriċiklaw flus, jew jinqabdu b’każijiet ta’ frodi, fost l-oħrajn. Abbużi bħal dawn sejrin jeskudu lill-operaturi għal ħames snin milli jkunu eliġibbli biex jitfgħu offerti għal kuntratti ta’ entitajiet u dipartimenti governattivi.

iNews_Logo

– Tuesday, 29th March, 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *