Il-Ministru għall-Finanzi jniedi l-Programm tar-Reġistrazzjoni tal-Assi


“Il-ġustizzja tirrikjedi li kull persuna tħallas it-taxxa kollha li hi dovuta, sabiex ħadd ma jitħalla jevadi t-taxxa hekk kif din l-evażjoni hi soċjalment inġusta u timmina d-dħul tal-Gvern,” qal il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna.

Il-Prof. Scicluna kien qed jitkellem dwar it-tnidija tal-Programm tar-Reġistrazzjoni tal-Assi l-Erbgħa 11 ta’ Ġunju 2014.

Waqt li kien qed iniedi l-Programm tar-Reġistrazzjoni tal-Assi, il-Prof. Scicluna spjega li seħħew bosta żviluppi fil-kuntest globali finanzjarju, bħall-EU Savings Directive, il-qbil FATCA bejn Malta u l-Istati Uniti, u Tax Information Exchange Agreements ma ċentri offshore. Dawn wasslu sabiex il-Gvern Malti għandu ferm aktar poteri u għodod sabiex jikseb informazzjoni dwar assi li huma barra minn Malta u li fuqhom hemm dħul mhux iddikjarat.

[nggallery id=195]

“Il-Gvern hu determinat li jagħmel l-użu kollu meħtieġ minn dawn l-għodod bħala parti mill-ħidma tiegħu kontra l-evażjoni tat-taxxa,” qal il-Prof. Scicluna

Għal dan l-għan, l-Gvern allura qed jistieden, qabel ma jibda jagħmel użu minn dawn il-mekkaniżmi, lil individwi u kumpaniji li qed jirċievu dħul mhux dikjarat minn dawn it-tip ta’ assi, sabiex jirregolarizzaw ruħhom b’mod volontarju, u allura jieqfu jevadu t-taxxa.

“Dan hu bħala parti mill-mira tal-Gvern li jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, hekk kif ġie mwiegħed fil-Baġit 2013,” qal il-Ministru Scicluna, filwaqt li żied li l-Gvern hu wkoll konxju ta’ numru ta’ individwi li sabu ruħhom f’pussess ta’ assi mhux dikjarati minħabba f’każijiet ta’ wirt.

 

“Iżda hu t-twemmin tal-Gvern li l-evażjoni tat-taxxa hi soċjalment inġusta hekk kif qed ittellef lill-pajjiż minn dħul bżonnjuż li hu meħtieġ sabiex jiġu sostnuti numru ta’ servizzji essenzjali soċjali, bħall-edukazzjoni, u s-saħħa,” qal Prof. Scicluna.

Il-Programm tar-Registrazzjoni tal-Assi se jipprovdi l-opportunità biex individwi u kumpaniji biex jiddikjaraw assi bbażati kemm f’Malta u kemm barra minn Malta. Din ir-reġistrazzjoni se tkun kontra ħlas ta’ 7.5 fil-mija tal-valur tal-assi. Filwaqt li dan il-ħlas se jkun ta’ 5% għall-assi ripatrijati minn barra minn Malta.

Il-Programm hu wkoll konformi ma’ bosta programmi u skemi oħra fuq bażi globali li ġew ippreżentanti minn pajjiżi oħra, fosthom Franza, l-Italja, l-Olanda, Norveġja, Singapore, L-iŻvizzera, u l-Ingilterra.
Ir-reġistrazzjoni tal-assi trid issir permezz ta’ registration agent, normalment istituzzjoni finanzjarja jew broker, li hu appuntant mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, u jirrikjedi s-sottomissjoni ta’ dokumentazzjoni oriġinal li tikkonferma li l-applikant u s-sid benefiċjarju tal-assi rreġistrati fid-data applikabbli.

 

maltatoday_logo  timesofmalta_logo  tvmnews_logo

dive_logo  maltaindependent_logo   maltarightnow_logo

– Wednesday, 11th June, 2014

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *