Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, it-Tnejn filgħodu attenda għaċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura (Asian Infrastructure Investment Bank – AIIB) fil-kapitali Ċiniża Pekin, u ffirma l-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank bħala organizzazzjoni dinjija.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Malta u 56 pajjiż ieħor, inklużi għadd ta’ stati membri tal-UE bħar-Renju Unit, Franza, l-Italja u l-Ġermanja, saru membri prospettivi ta’ dan il-bank multilaterali ġdid tal-iżvilupp, li se jipprovdi sostenn finanzjarju sabiex isir żvilupp infrastrutturali u tikber il-konnettività reġjonali fl-Asja. Se jkollu kapital awtorizzat ta’ 100 biljun dollaru Amerikan u l-kapital sottoskritt inizjali tiegħu mistenni jkun madwar 50 biljun dollaru.
L-iskop tal-Bank huwa li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, joħloq il-ġid u jtejjeb il-konnettività infrastrutturali fl-Asja permezz tal-investiment fl-infrastruttura u f’setturi produttivi oħrajn; u li jippromwovi l-koperazzjoni u s-sħubija reġjonali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi għall-iżvilupp billi jaħdem mill-qrib ma’ istituzzjonijiet multilaterali u bilaterali f’dan il-qasam.
L-AIIB se jkun qed jiffinanzja lil pajjiżi membri jew aġenziji, entitajiet jew impriżi f’territorji ta’ dawn il-pajjiżi kif ukoll lil aġenziji jew entitajiet internazzjonali jew reġjonali li huma involuti fl-iżvilupp ekonomiku fl-Asja. Il-Bank se jkun jista’ wkoll jawtorizza li jingħata finanzjament lil benefiċjarji barra l-Asja li jkunu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun.
Il-Bank, li se jkun ibbażat f’Beijing, huwa mistenni jitwaqqaf uffiċjalment fi tmiem l-2015, wara li l-Ftehim li ġie ffirmat dalgħodu jkun ġie adottat legalment mill-istati membri fundaturi individwalment.
Wara ċ-ċerimonja tal-iffirmar, il-Ministru Scicluna u Ministri tal-Finanzi oħrajn minn stati membri prospettivi tal-AIIB kellhom laqgħa mal-President Ċiniż, Xi Jinping.
Minister Scicluna signs AIIB Agreement in Beijing
Finance Minister Edward Scicluna, on Monday morning attended the inaugural ceremony of the Asian Infrastructure Investment Bank (AIIB) in Beijing, and signed the Articles of Agreement that establish the bank as an international organisation.
PRESS RELEASE ISSUED BY THE MINISTRY FOR FINANCE
Malta and 56 other countries, including a number of EU member states such as the UK, France, Italy and Germany, have become prospective founding members of this new multilateral development bank that will provide financial support for infrastructure development and regional connectivity in Asia. It will have an authorised capital of 100 billion US dollars and the initial subscribed capital is expected to be around 50 billion dollars.
The purpose of the Bank is to foster sustainable economic development, create wealth and improve infrastructure connectivity in Asia by investing in infrastructure and other productive sectors; and to promote regional cooperation and partnership in addressing development challenges by working in close collaboration with other multilateral and bilateral development institutions.
AIIB will be financing member countries or agencies, entities or enterprises in member territories as well as international or regional agencies or entities concerned with the economic development in Asia. The Bank could also be authorised to provide financing to recipients located outside Asia that contribute to the economic development of the region.
The bank, which will be headquartered in Beijing, is expected to be officially established at the end of 2015, after the agreement signed this morning has been legally adopted by the individual founding member states.
Following the signing ceremony, Minister Scicluna and other Finance Ministers from prospective AIIB founding Member States met with Chinese President Xi Jinping.
– Monday, 29th June, 2015