Id-dokument ta’ qabel il-Baġit.


Il-previżjonijiet ekonomiċi għall-2013:

Kemm huma fattibbli?

 

F’dokument ta’ 54 pagna, il-Gvern jipprezenta dik li fi kliemu hija l-vizjoni ekonomika tieghu ghall-2013. F’dan id-dokument ta’ qabel il-bagit, il-Gvern jispjega x’inhuma l-previzjonijiet ekonomici tieghu u l-miri tieghu fil-qasam ekonomiku ta’ pajjizna.

Id-dokument jiftah b’dikjarazzjoni fejn fiha l-Gvern jghid li pajjizna jehtieg ikollu finanzi pubblici li jkunu sostenibbli u li fl-istess waqt l-ekonomija ta’ pajjizna jehtieg li tibqa’ tinghata l-incentiv sabiex tiddiversifika ruhha sabiex tkompli tikber u ssir aktar efficjenti u produttiva.

Imbaghad, id-dokument isemmi fost il-miri ekonomici ewlenin li l-Gvern irid jikseb matul is-sena d-diehla.

L-ewwel mira tirrigwardja d-deficit strutturali li jehtieg li jonqos b’0.5 ta’ punt percentwali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) kull sena.

Dan ifisser li ghal din is-sena, l-proporzjon (ratio) tad-deficit fuq il-PDG ghandu jkun ta’ 2.2% fl-2012 u jinzel ghal 1.5% fl-2013.

Dan it-tnaqqis fid-deficit ghandu jibqa’ ghaddej anke fis-snin sussegwenti, fejn ghandu jonqos ghal 0.9% fl-2014 u 0.4% fl-2015.

Id-dokument jitkellem ukoll dwar l-ispiza kapitali u jsostni li din ma tistax taqbez it-2.5%.

Minkejja li l-ahhar statistika tal-Eurostat uriet lid-dejn ta’ pajjizna dan l-ahhar tela’ ghal 75% tal-Prodott Domestiku Gross, il-Gvern qieghed ibassar li sa l-2013, dan id-dejn irid jinzel taht is-60%.

Filwaqt li huwa facli hafna li wiehed ipoggi l-miri fuq il-karti, huwa ferm aktar difficli biex dawk il-miri jintlahqu fil-prattika.

 

 

“Dan id-dokument jiffoka fuq il-ftaħir fieragħ tal-passat, nofs veritajiet, u tgħawwiġ tal-fatti. Fil-kapitlu fuq it-tkabbir ekonomiku, tkabbir ta’ mpjiegi u investiment m’hemm xejn kwantitattiv dwar il-futur.

Minn dokument sħiħ ta’ 43 faċċata nsibu linja waħda xotta xotta li l-Gvern jistenna tkabbir għal din is-sena ta’ 1.5% bbażata fuq proġettazzjoni qadima. M’hemm l-ebda referenza għar-riċessjoni li qegħdin fiha. Kif u minn fejn ser jistenna li jsir dan it-tkabbir din is-sena jitħalla għall-immaġinazzjoni tal-qarrej.

Fuq is-sena 2013, is-sena tal-baġit li ġej, silenzju. Jidher li filwaqt li dawn id-dettalji l-Gvern jagħtihom lill-Kummissjoni Ewropea, lill-poplu Malti jgħaddieh biż-żmien għax ma jgħidlu xejn. Dan hu insult kbir.

 

“Dan id-dokument jiffoka fuq il-ftaħir fieragħ tal-passat, nofs veritajiet, u tgħawwiġ tal-fatti.”

 

Għall-kuntrarju, meta id-dokument jitkellem fuq il-finanzi tal-Gvern, ċifri fuq ċifri ta’ kif il-Gvern qed jipproġetta lid-defiċit u d-dejn ser jibdew jaqgħu, in-nuqqas ta’ kedibbiltà toħroġ fid-deher.

L-ewwel għaliex s’issa l-Gvern qatt ma żamm mal-miri li għamel fil-passat; t-tieni għaliex kif tgħidlu spiss il-Kummissjoni, qatt ma spjega kif il-miri ser jitwettqu u fl-aħħar għax jekk il-miri għall-2013 huma bbażati fuq proġettazzjonijiet qodma ta’ tkabbir, dawn iridu jiġu mfassla mill-ġdid issa li qegħdin f’riċessjoni.

Dawk li m’humiex midħla sew ta’ dan il-Gvern u ma jobsrux kemm hu espert biex jilgħab biċ-ċifri u jipprova jidħaq saħansitra bil-Fond Monetarju Internazzjonali u bil-Kummissjoni Ewropea, jaħsbu li issa ser jibża’ jersaq lejn baġit ieħor.

Jien għall-kuntrarju naħseb li bħal kontorzjonista (ċontortionist) professjonali, bħalma kien Houdini, juri lilu nnifsu li jkun laħaq il-quċċata tal-karriera tiegħu billi jirnexxilu jersaq lejn baġit ieħor fejn irid jilħaq l-impossibbli, u b’hekk jipprova jevita elezzjoni bikrija.

Jekk jitħalliex jagħmel dan mill-membri parlamentari tal-Gvern tiegħu hija ħaġa oħra.

 

 

 

 

– kullhadd, Krista Caruana : Is-Sibt, 11 ta’ Awwissu, 2012

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *