Inkomplu bit-tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem.


“Il-Gvern dejjem wiegħed li jwaqqa’ l-piż tat-taxxa. Dan bdieh fl-ewwel erba’ snin li waqqa’ r-rati tat-taxxa sena wara l-oħra, imma issa morna oltrè, li għat-tieni sena qed nagħtu tax refund. Dan se nagħmluh mhux billi naqtgħu t-taxxa, għax inkella ta’ fuq jieħu l-iżjed u t’isfel jieħu l-anqas, u min ma jħallasx taxxa ma jieħu xejn.” qal il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt konferenza stampa fil-Ministeru għall-Finanzi. F’din il-konferenza tħabbar li mill-ġimgħa d-dieħla se jintbagħat ċekk lil kull minn kien eleġibbli għas-sena bażi 2017.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Ministru Scicluna spjega kif kull min ħadem, sew jekk full-time jew part-time, se jirċievi ċekk għal din is-sena, fejn l-ammont li se jitħallas ikun ivarja minn €40 għal massimu ta’ €68, skont id-dħul gross mix-xogħol tal-individwu li daħħal, skont kif tħabbar fid-diskors tal-baġit ta’ din is-sena.

Minn din il-miżura se jibbenefikaw 207,492 ħaddiem u ċ-ċekkijiet se jibdew jintbagħtu minn nhar it-Tnejn 15 ta’ April lil dawk kollha li kienu rreġistrati li jaħdmu matul is-sena 2017.

Il-Ministru Scicluna qal li din il-miżura tiswa €11.5 miljun. “Din il-miżura ġiet iddisinjata b’tali mod li dawk li jaqilgħu l-iżjed jieħdu €40 filwaqt li dawk li jaqilgħu l-anqas jieħdu €68. B’kollox f’sentejn se jkunu tqassmu €23 miljun li se jmorru fi bwiet il-familji Maltin u Għawdxin u se jiżdiedu ma’ benefiċċji oħra bħal jumejn leave, trasport b’xejn, child care b’xejn flimkien ma’ oħrajn. Dawn huma kollha miżuri li meta jiġu studjati sew u minn qabel juru biċ-ċar li r-riskju ta’ faqar jonqos u hekk qed jiġri.”

Mit-Tnejn 22 t’April, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 153 biex ikun assistit kif xieraq.

     

10 April 2019
,

One response to “Inkomplu bit-tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *