Kumpaniji li jiksru r-regolamenti dwar l-akkwisti pubbliċi jew l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistgħu jispiċċaw fuq lista sewda għal bejn sitt xhur u sentejn hekk kif l-Avviż Legali 68 ippubblikat fis-6 ta’ Marzu jidħol fis-seħħ illum, l-1 ta’ Settembru.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Minn mindu nħareġ l-avviż legali, fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi nħoloq Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali bis-setgħa li jipprojbixxi lill-impjegaturi li jinstabu ħatja milli jieħdu sehem fl-akkwisti pubbliċi tal-Gvern. It-Tribunal huwa ppresedut mis-Sra Denise Vella u bħala membri għandu lis-Sur Reggie Fava u lis-Sur Richard Matrenza.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, irrimarka li din il-miżura, li għandha l-għan li tiggarantixxi kundizzjonijiet diċenti tax-xogħol għall-ħaddiema kollha, tantiċipa direttiva Ewropea dwar l-akkwist pubbliku li għad trid tidħol fis-seħħ. Huwa qal li impjegaturi li jirrikorru għax-xogħol prekarju se jsibu quddiemhom Gvern determinat li dawn il-prattiki jwaqqafhom.
Tribunal with power to blacklist employers who resort to precarious employment practices comes into effect today
Companies breaching public procurement regulations or the Employment and Industrial Relations Act could be liable to being blacklisted for between six months and two years as Legal Notice 68 published on 6 March comes into effect today, 1 September.
PRESS RELEASE ISSUED BY THE MINISTRY FOR FINANCE
Since the legal notice was issued, a Commercial Sanctions Tribunal has been established within the Finance Ministry, with the competence to blacklist contractors at fault from participating in government public procurement. The Tribunal is chaired by Ms Denise Vella, with Mr Reggie Fava and Mr Richard Matrenza as members.
Finance Minister Edward Scicluna, pointed out that this measure, aimed at guaranteeing decent working conditions for all workers, preempts a European directive on public procurement which is yet to come into force. He said that employers who resort to precarious employment practices will find an unwavering response by the Government.
– 1st September, 2015