Kriżi li nistgħu nevitawha


Ma nistgħux ngħidu li ma nisimgħux b’appel li għal użu b’kawtela tal-ilma. Nafu kemm qegħdin inħallsu għalih. Nafu xi spiża għandu l-pajjiż biex mill-ilma baħar joħroġ ilma tajjeb għax-xorb permezz tal-impjanti tar-‘reverse osmosis’. Produz joni li tikkumplimenta l-ħażna tal-ilma naturali ta’ taħt l-art, dak magħruf bħala l-ilma tal-pjan. Ħażna li ma tinkisibx mil-lum għal għada. Anzi, ħażna li tinbena tul is-snin mill-ilma tax-xita li tassorbi l-art.

Kunċett li jġibni għal tħassib li esprimew żewġ esperti magħrufin f’din il-materja. Tħassib li għandu jissensibilizza lil kull wieħed u waħda minna. Tħassib li għandu jissensibilizza b’mod partikolari lill-Gvern. L-esperti nkwistjoni huma l-ġeo lo ġista Gordon Knox u l-hydroloġista Marco Cremona.

Knox u Cremona huma tal-fehma li fi żmien 15-il sena oħra, pajjiżna jista’ jkun qed isib quddiemu kriżi f’dik li hija provvista ta’ ilma tal-pjan. L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’rapport speċifiku tammetti li l-użu illegali tal-ilma tal-pjan, il-ġbid tiegħu b’mod estensiv, huwa l-kawża primarja għal tħassib bħal dan.

Fl-isfond ta’ dan ix-xenarju jkun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn x’taħseb l-Unjoni Ewropea dwar l-użu tal-ilma. Hemm dik li tissejjaħ “Water Framework Directive”. Direttiva li tagħmilha imperattiva għal kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li jimplimenta politika ta’ tmex xija sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma. Ftit tal-ġimgħat ilu kien hawn min kiteb li din id-Direttiva tapplika biss għall-ilma tax-xmajjar. Dan mhux minnu. Anzi, id-Direttiva tisħaq li l-pajjiżi membri għandhom jimplimentaw qafas sħiħ li jkun jinkludi sorsi diversi tal-ilma, inkluż dak naturali, bħalma hu l-ilma tal-pjan fil-każ tagħna.

L-Unjoni Ewropea b’mod speċifiku titlob lill-pajjiżi membri biex jirregolarizzaw il-ġbid ta’ dan l-ilma u titlob li jkunu inforzati miżuri li permezz tagħ hom dan l-użu jkun wie ħed effiċjenti biex b’hekk ikun assigurat li dan ir-riżors jibqa’ sostenibbli kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll kwalità. Is-sostenibbiltà titlob l-użu kurrenti b’mod sodisfaċenti bla ma jikkomprometti l-użu tie għu mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Dak li qed jiġri f’pajjiżna bħa lissa huwa ċertament fid-direzz joni opposta ta’ dak li qiegħda titlob id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea. Huwa ċar li l-Gvern qed jonqos bis-sħiħ fil-konfront tal-obbligi tiegħu biex jas sigura s-sostenibilità tar-riżors tal-ilma kif dettat mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.

Dan mhux każ ta’ fejn wieħed għandu jitqies li meta jitkellem b’dan il-mod qed jagħmel xi attakk politiku partiġġjan. L-evidenza xjentifika titkellem wa ħedha.

Il-Gvern qed ikompli jinjora r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea billi jkaxkar saqajh biex jissottometti l-pjan tiegħu għall-immaniġġjar tal-ilma. Element importanti f’din ir-regolamentazzjoni jinkludi l-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni u l-moni teraġġ kostanti tas-sitwazzjoni.

L-Unjoni Ewropea kienet tat żmien sa tmiem is-sena 2009, biex ikun provdut l-pjan tal-immaniġġjar tal-ilma. Sitt xhur wara li skada ż-żmien il-Kummissjoni Ewropea nformatna li l-Gvern Malti kien għadu ma ppreżentax il-proposti tiegħu. Min-naħa tiegħu l-Gvern Malti jgħid li l-pjan tiegħu kien ġie sottomess. X’ġara? Intilef mat-triq?

Ġara x’ġara, ħaġa waħda hija ċerta. Jekk jirriżulta li l-ispjegazzjoni ta’ Malta għad-dewmien tagħha biex tibgħat l-informazzjoni mitluba dwar kif qiegħda tkun inforzata d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea ma tkunx konvinċenti, hemm il-possibiltà li Malta tispiċċa quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Minn angolu aktar ta’ ambjent, id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea tgħid li l-pajjiżi membri għandhom jintroduċu inċentivi li jinkoraġġixxu l-użu tal-ilma b’mod effiċjenti. Kemm jekk hu konsum domestiku, agrikolu, jew industrijali, tali konsum għandu jsir b’mod sostenibbli, ekonomiku u ġust. Fi ftit kliem, dawk li jużaw dan ir-riżors skars b’mod mhux kif deskritt u b’detriment għall-ambjent, għandhom ikunu huma li jġorru l-piż finanzjarju u mhux iħallas għalih iċ-ċittadin.

It-tariffi riċenti tal-ilma, li huma għoljin immens, komplew kabbru din l-inġustizzja peress li dawn jolqtu lil min l-użu tal-ilma tiegħu huwa reġistrat bil-meter. Dawk li qegħdin jieħdu l-ilma u m’għandhomx meter mhu ma jġorru xejn minn dan il-piż. Fil-fatt dan huwa “inċentiv” biex dak li jkun jitħajjar jingħaqad ma’ din is-sezzjoni ta’ nies! Il-premju għal min jevadi l-użu responsabbli tal-ilma qatt ma kien daqstant kbir!

Huwa kalkolat li n-numru ta’ dawk li jirrikorru għal dan l-użu illegali tal-ilma mhux talli mhux minorità żgħira talli hu wa kbir sew. Filwaqt li dawk li jimxu skont il-liġi qed ikun ippriedkat lilhom dwar l-importanza li jħallsu l-kontijiet, fl-istess ħin qed jingħadilhom biex ikunu tolleranti ma’ dawk kollha li qegħdin ikomplu jevadu milli jħallsu sehemhom. Sitwazzjoni inġusta li ilha għaddejja s-snin u li issa se tiggrava meta tqis li familji bi dħul baxx qegħdin jitgħabbew b’piż kbir b’kuntrast ma’ sussidju li għandu jkun b’ġustizzja.

Għandu jingħad li kien reġistrat ftit progress. Is-sena l-oħra l-Gvern għamilha tassattiva li kull ‘borehole’ għandha tkun irreġistrata u ġie stabbilit termi nu ta’ żmien li matulu ma jistgħux isiru aktar ‘boreholes’. Irid isir ferm aktar minn hekk biex jinstabu soluzzjonijiet fl-użu tal-kwalità tal-ilma mill-bdiewa u l-entitajiet kummerċjali. L-effiċjenza u l-ġustizzja għandhom sehem kbir f’dawn is-soluzzjonijiet.

Minkejja dan kollu ma jfissirx li m’hemmx tama għal din is-sitwazzjoni f’pajjiżna. Pajjiżi oħrajn bi problemi ta’ nuqqas ta’ ilma, bħalma huma Iżrael u l-Awstralja, ħadmu bil-kbir biex żviluppaw b’suċċess politika ta’ immaniġġjar sostenibbli tal-ilma. M’għandu jkun hemm xejn x’iżomm lilna milli nirnexxu wkoll. Imma ż-żmien huwa kontrina. Id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għandha tkun implimentata malajr u sewwa. It-traqqigħ tal-pannu bil-qargħa aħmar għandu jkun evitat taħt kull ċirkostanza.

Jekk irridu, kriżi bħal dik li riesqa lejna u li nafu biha, nistgħu nevitawha.

Ta’ interess…

L-ilma ta’ taħt l-art ma jidhirx, iżda hu parti essenzjali miċ-ċiklu tal-ilma. Ak tar minn 95% tal-ilma ħelu tad-dinja jinsab taħt l-art. Hu sors kruċjali ta’ ilma tax-xorb billi jipprovdi s-sistemi tal-ilma wżati minn tlieta minn kull erba’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Il-“Water Framework Directive” tal-Unjoni Ewropea tiddefenixxi status tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art f’termini kemm ta’ kwantità kif ukoll ta’ status kimiku.

Biex tassigura kwantità stabbli ta’ ilma ta’ taħt l-art d-Direttiva tesiġi l-użu fit-tul u sostenibbli tal-ilma ta’ taħt l-art. B’hekk it-tehid tal-ilma minn massa tal-ilma ta’ taħt l-art m’għandux jaqbeż ir-rata li biha l-ilma ġieri jerġa’ jimliha. Jekk dan iseħħ jinħela l-ilma nadif ta’ taħt l-art ta’ dik il-mssa. Dan għandu implikazzjonijiet partikolarment sinifikanti għal żoni kostali, bħal Malta, fejn l-ilma baħar jista’ jidħol fis-saffi tal-blat li jaħżnu l-ilma ħelu u jħassar ir-riżorsi prezzjużi tal-ilma ħelu.

Fil-valutazzjonijiet preliminari preżentati fl-2005, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ir rapportaw li 30% tal-massa tal-ilma ta’ taħt l-art hu f’riskju li ma jilħqux status tajjeb sas-sena 2015. Is-sitwazzjoni madankollu tvarja b’mod kon siderevoli madwar l-Ewropa.

Il-fatturi ta’ riskju jvarjaw ħafna wkoll. Fil-pajjiżi tal-Mediterran, fosthom Malta, fejn fis-sajf taghmel ftit xita jew xejn, il-ġbid tal-ilma ta’ taħt l-art għal skop ta’ xorb u skopijiet oħrajn, jista’ jeżawrixxi l-ħażna. F’bosta partijiet tal-Unjoni Ewropea it-tniġġis minn siti industrijali kif ukoll it-tniġġis kimiku mill-agrikoltura jheddu l-ilma ta’ taħt l-art.

L-istati membri huma obbligati jagħmlu moniteraġġ dettaljat tal-mases tal-ilma ta’ taħt l-art. L-informazzjoni miġbura qiegħda tintuża biex ikunu stabbiliti valuri ta’ limitu. Sa tmiem is-sena li għaddiet kellhom jitħejjew pjani ta’ immaniġġjar li jipprovdu l-identifikazzjoni finali tal-mases tal-ilma ta’ taħt l-art. Se jkunu deskritti l-miżuri li l-istati membri se jieħdu sabiex jilħqu status tajjeb għall-mases kollha tal-ilma fit-territorju tagħhom, inkluż il-mases tal-ilma ta’ taħt l-art.

www.l-orizzont.com – It-Tnejn, 30 ta’ Awissu, 2010


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *