Il-Ministru għall-Finanzi sostna li l-kuntrabandu mhux se jkun tollerat mill-Gvern ġdid taħt ebda ċirkostanzi, hekk kif dan jirrapreżenta serq mid-dħul tal-pajjiż.
Il-Ministru qal dan fid-dawl tal-arresti relatati ma’ container mimli sigaretti li daħal Malta, imbad nstab li kien tneħħa mill-Freeport aktar kmieni din il-ġimgħa taħt ċirkostanzi suspettużi. Il-Ministeru hu infurmat li d-Dipartiment tad-Dwana assista lill-Pulizija dwar il-każ, li wassal għall-arrest ta’ numru ta’ individwi.
Fid-dawl ta’ kif il-oġġetti involuti huma soġġetti għat-taxxi, (sisa, dazju, VAT), aktar kmieni il-Ħadd waranofsinhar, id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tad-Dwana iffirma l-ittra tal-prosekuzzjoni kontra tlett persuni uffiċjali involuti: Uffiċjal tad-Dwana, uffiċjal tas-sigurtà tal-Freeport, u burdnar.
“Il-kuntrabandu, bhalma hi l-evazjoni tat-taxxa, mhux se tkun tollerata taħt ebda ċirkostanzi mill-Gvern ġdid. Dan hekk kif dan mhux biss hu illegali, iżda jirrapreżenta serq mid-dħul tal-pajjiż,” sostna l-Ministru Scicluna.
Il-Ministru Scicluna sostna wkoll li grazzi tal-Whisleblowers’ Act, li ġiet introdotta minn dan il-Gvern, se tinkoraggoxxi kultura fejn in-nies ma jibzghux jirrapurtaw kazi bhal dawn u b’hekk jonqos dan is-serq minn but il-poplu.
– Sunday, 16th February, 2014