L-iskema tal-first-time buyers, li kellha tagħlaq fl-aħħar ta’ din is-sena, mhux talli se tiġi estiża, talli min għandu qabar issa se jkun eleġibbli għall-iskema l-ġdida.
Dan qalu lbieraħ il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri kien qed jindirizza sessjoni oħra ta’ Gvern Li Jisma’.
Il-Ministru Scicluna kompla jiċċara li ma kien hemm l-ebda bdil jew introduzzjoni ta’ ħlas ta’ wieħed fil-mija tal-boll kif ġie rrapurtat fil-media. Huwa kkonferma li kemm fl-iskema preżenti kif ukoll fl-iskema l-ġdida, li tibda minn Jannar tas-sena l-ġdida, min hu eliġibbli mhux ser ikun qed iħallas l-ebda taxxa tal-boll proviżorja, imma se tkompli titħaddem is-sistema eżistenti fejn dak li jkun ma jħallasx it-taxxa tal-boll mal-iffirmar tal-kuntratt.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
U
MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI
Il-Ministru għall-Finanzi semma wkoll li se jkun hemm working group li għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet li għandhom iwasslu għall-qafas regolatorju meħtieġ biex l-iskema tal-equity release tiġi offruta f’pajjiżna wkoll .
Waqt l-istess sessjoni, is-Segretarju Parlamentari Schembri ħabbar li llum l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) se tkun qed toħroġ dokument għall-konsultazzjoni biex tirregola l-cryptocurrencies exchanges, ICOs, u dawk li jipprovdu s-servizz f’din l-industrija.
“Dan id-dokument se jservi ta’ bażi biex titfassal il-politika f’dan il-qasam”, qal Silvio Schembri.
Thursday 30th November 2017
One response to “L-ebda taxxa fuq tal-boll fl-iskema tal-first-time buyers u l-MSFA b’dokument ta’ konsultazzjoni dwar muniti diġitali”
I don’t think the title of your article matches the content lol. Just kidding, mainly because I had some doubts after reading the article. https://www.binance.com/fr-AF/register?ref=JHQQKNKN