Ilu jkun innotat kif it-trattament mill-aħbarijiet tal-PBS tal-ħidma tal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin, erba’ Laburisti u żewġ Nazzjonalisti, huwa nieqes minn kull sens ta’ ġustizzja. Stqarrijiet li joħorġu mill-MPEs Nazzjonalisti mill-ewwel isibu posthom fl-aħbarijiet ta’ TVM, hekk ukoll xi tagħrif ieħor dwarhom li jinkiseb. Mhux hekk, iżda, fejn jidħlu l-MPEs Laburisti, tant li kien hemm stqarrijiet u aħbarijiet pożittivi dwar l-erbgħa li huma u ġew injorati. Dan kompla jiġri dan l-aħħar – fi spazju ta’ ġimgħa – mal-Professur Edward Scicluna.
– Telefokus
– l-orizzont: 25 ta’ Gunju 2012