“Malta tilqa’ l-inizzjattivi li qed jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-Presidenza għal aktar armonizzazzjoni fir-rigward tal-finanzi diġitali, u b’hekk qed tiġi indirizzata l-frammentazzjoni li teżisti fis-Suq Uniku Diġitali għas-Servizzi Finanzjarji”, qal il-Ministru Scicluna waqt laqgħa virtwali tal-ECOFIN li saret nhar it-Tlieta, 6 ta’ Ottubru.
Matul il-laqgħa, il-ministri tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea ddiskutew il-Pakkett Finanzjarju Diġitali varat riċentament mill-Kummissjoni Ewropea. Matul id-diskussjoni, il-Prof. Scicluna laqa’ l-passi li qed jittieħdu biex ikun hemm aktar armonizzazzjoni fir-rigward tal-finanzi diġitali.
Il-Ministru Scicluna saħaq dwar l-importanza ta’ approċċ koordinat f’dan ir-rigward. Irrimarka li fir-rigward tal-istablecoins u crypto-assets oħrajn, li issa ilhom fiċ-ċirkolazzjoni għal xi żmien, jippreżentaw riskji sinifikanti, liema riskji jridu jiġu kontrollati b’regolamentazzjoni adekwata.
Il-Ministru Scicluna kkonkluda li din l-inizjattiva hija t-triq fid-direzzjoni t-tajba li timxi pass pass max-xejriet u mal-iżvilupp rapidu li qed ikun hemm fil-qasam tat-teknoloġija fit-trasformazzjoni diġitali.
Minister Scicluna participates in the Eurogroup and ECOFIN meetings
“Malta welcomes the steps being taken by the Commission and Presidency for a more harmonised approach in relation to digital finance, thus tackling fragmentation in the Digital Single Market for Financial Services”, said Minister Scicluna at the ECOFIN videoconference, which took place on Tuesday, 6th October.
During the meeting, EU finance ministers held an exchange of views on the European Commission’s recently issued Digital Finance Package.
During the discussion, Prof. Scicluna welcomed the steps being taken towards a more harmonised approach concerning digital finance. These measures will seek to address the fragmentation in the Digital Single Market for Financial Services.
Minister Scicluna stressed the importance of a coordinated approach in this regard. He also remarked that stablecoins and other crypto-assets, which have been in circulation for a while now, may present significant risks which need to be addressed within the scope of the Regulation. Minister Scicluna concluded that the initiative goes in the right direction to keep up with technological developments and trends which are leading to rapid digital transformation across various areas.
Wednesday 7th October 2020