Stedina ghal Diskussjoni Pubblika – Naxxar


Tul il-kampanja elettorali ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Gunju 2009 kont wieghedt lilkom il-kostitwenti li jekk inkun elett inzommkom aggornati kemm jista’ jkun b’dak li jkun ghaddej fil-Parlament Ewropew.

Bhala parti mit-twettiq ta’ din il-weghda, mis-sena li ghaddiet bdejt sensiela ta’ Diskussjonijiet Pubblici fuq bazi distrettwali. Il-hsieb huwa li kull xahar ssir Diskussjoni Pubblika f’lokalita li tappartjeni lil Distrett Elettorali partikolari.

Ir-reazzjoni u r-rispons ghal din l-inizjattiva kienu inkoragganti hafna, tant li s’issa kellna hamsa minnhom – Ghawdex, Zurrieq, Rahal Gdid, Gzira u Rabat. Il-laqgha ta’ Diskussjoni Pubblika li jmiss se ssir fic-Centru Laburista tan-Naxxar, li jifforma parti mit-12-il Distrett Elettorali, nhar il-Gimgha, 28 ta’ Jannar, 2011, fis-7.00 p.m. u li ghaliha qieghed nistedinkom.

F’din il-laqgha se nitratta hidmieti fil-Parlament Ewropew, l-inkarigi li nghatajt, fosthom rapporti dwar il-Bank Centrali Ewropew; is-shubija tal-Estonja fiz-Zona Ewro; il-hidma li ghaddejja bhalissa dwar il-governanza ekonomika u finanzjarja; is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-munita Ewro u z-Zona Ewro kif ukoll dak li nemmen li jista’ jsir f’dan ir-rigward.

Fuq ix-xena lokali se nitratta l-interpellanzi li ghamilt, bl-aktar wahda ricenti dik dwar il-Karta tal-Identita.

Dawn is-serje ta’ laqghat ma jkunux monologi, nitkellem jien biss, imma jkun ta’ sodisfazzjon ghalija li l-udjenza tippartecipa billi tistaqsi mhux biss fuq dak li nkun tkellimt jien imma dwar dak li thoss li ghandha tghid lil wiehed mir-rapprezentanti taghha fil-Parlament Ewropew. Hekk sar fil-hames laqghat li saru s’issa u hekk nixtieq li jsir ukoll f’dik li jmiss.

Niltaqghu l-Gimgha, 28 ta’ Jannar, 2011, fis-7.00 p.m. fic-Centru Laburista tan-Naxxar. Sa dakinhar insellmilkom u nawguralkom is-sliem u s-sahha.


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *