Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, qal li fil-Baġit li ġej se titħabbar kooperazzjoni akbar bejn id-Dipartiment tad-Dwana, id-Dipartiment tal-VAT, u d-Dipartiment tat-Taxxi bil-ħsieb li l-ħidma biex jinqabdu l-abbużi ssir b’mod aktar intelliġenti fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Huwa kien qed jindirizza lill-impjegati u ex-impjegati tad-Dwana l-Ġimgħa 25 ta’ Settembru fuq il-moll ta’ biswit id-Dwana tal-Belt waqt il-lejla annwali ‘Jum id-Dwana’.
Il-Ministru Scicluna qal li r-realtajiet ta’ pajjiżna nbidlu u, konsegwentement, il-mod kif jinqabdu l-kriminali jrid jinbidel ukoll. Bħala parti mill-Unjoni Ewropea, Malta hija obbligata li titratta l-kummerċ minn Stati membri oħrajn tal-Unjoni daqslikieku kien ġej minn Malta stess. Dan iġib miegħu ċerti riskji, iżda l-limitazzjonijiet tar-riżorsi tal-pajjiż ma jippermettux li jsiru kontrolli estensivi. Għaldaqstant, l-aħjar sistema hija dik tal-valutazzjoni tar-riskju, li tippermetti li wieħed jidentifika b’mod sistematiku fejn ikun hemm riskju għoli ta’ abbuż u fejn ikun hemm riskju baxx.
“Id-dinja saret kompetittiva ħafna,” qal il-Ministru Scicluna. “Irridu li pajjiżna jibqa’ jikkompeti, u jikkrea l-ġid u x-xogħol. Id-Dwana tista’ tgħin lil pajjiżna jkun effiċjenti. Jekk ma tkunx effiċjenti hi, iżżomm lil pajjiżna lura.”
Wara d-diskors tiegħu, il-Ministru ppreżenta tifkiriet lill-individwi li kienu jaħdmu mad-Dwana u li rtiraw is-sena li għaddiet kif ukoll trofej u ċertifikati lill-impjegati li ħadu sehem f’kompetizzjonijiet sportivi organizzati fi ħdan id-Dipartiment.
– Sunday, 27th September, 2015
One response to “Lejn kooperazzjoni akbar bejn id-dipartimenti tad-Dwana, tal-VAT u tat-Taxxi”
I was looking at some of your articles on this internet
site and I conceive this site is rattling instructive!
Keep putting up.Blog monetyze