€243.6 miljun, f’self mogħti mill-Unjoni Ewropea bħala parti mid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-risji tal-Qgħad f’Emergenza (SURE).
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI
Il-Gvern qed jgħin l-impjiegi u l-intrapriżi matul il-pandemija permezz ta’ diversi skemi u SURE huwa maħsub biex itaffi l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi li ġiet miż-żieda fin-nefqa pubblika meħtieġa bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19.
SURE huwa strument li jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri Ewropej sa EUR 100 biljun fil-forma ta’ self mill-UE. Inħolqot biex tiġġieled il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Huwa sors ta’ assistenza finanzjarja mmirata speċifikament għall-politiki relatati mal-preservazzjoni tal-impjiegi, prinċipalment skemi ta’ xogħol għal żmien qasir u miżuri relatati.
Il-Ministru tal-Finanzi u Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna jinnota dan l-iżvilupp b’sodisfazzjon hekk kif Malta appoġġjat l-istrument SURE matul l-istadji kollha tad-diskussjoni. Strument bħal dan iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-self mis-swieq finanzjarji huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu. Malta tilqa’ l-kooperazzjoni addizjonali u f’waqtha li wasslet għal din l-azzjoni.
Malta is amongst the first tranche of countries to be allocated funds, amounting to EUR 243.6 million in loans given by the European Union, as part of the Council’s implementing decision on the European instrument for temporary Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency (SURE).
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FINANCE AND FINANCIAL SERVICES
The Government is supporting employment and enterprises during the pandemic through various schemes and SURE is meant to assist in this alleviate the pressure placed on public finances that emerged from the increase in public expenditure required as a response to the COVID-19 crisis.
SURE is an instrument that provides financial assistance to European Member states of up to EUR 100 billion in the form of loans from the EU. It has been created to fight the negative economic and social consequences of the COVID-19 outbreak. It is a source of financial assistance targeted specifically for policies related to the preservation of employment, mainly short-time work schemes and related measures.
Minister for Finance and Financial Services Edward Scicluna notes this development with satisfaction as Malta has supported the SURE instrument throughout all its stages of discussion. Such an instrument financed by the European Commission, through the borrowing from financial markets, is the first of its kind. Malta welcomes the increased and timely cooperation that has led to this action.
Friday 21st August 2020