MALTA: INLESTU GĦALL-FUTUR


Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna indirizza konferenza stampa bil-għan li jispjega aħjar id-diversi miżuri fiskali ppreżentati fil-budget għas-sena d-dieħla.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Ministru Scicluna qal li dan hu budget sinifikanti għax ma ġiet introdotta l-ebda taxxa, anzi, għall-kuntrarju, il-Gvern ra li jnaqqas il-piż minn fuq il-ħaddiem u n-negozjant iż-żgħir b’tax refund ta’ bejn €40 u €68, li se tingħata lil mitejn elf persuna.

Il-Ministru Scicluna spjega li l-Gvern se jestendi l-miżura tal-first time buyers u se jintroduċi għall-ewwel darba l-iskema ta’ second time buyers li se jibbenefikaw minnha dawk li jbigħu l-ewwel proprjetà biex ikabbru jew iċekknu l-proprjetà tagħhom.

“Madanakollu l-Gvern ra li jerġa’ jżomm l-inċentivi fil-pensjonijiet tat-third pillar filwaqt li jkompli jindirizza l-inġustizzji tal-passat billi jalloka €10.5 miljun għal dan l-għan”, kompla l-Ministru Edward Scicluna.

Il-Ministru tkellem ukoll dwar is-surplus li rnexxielu jirreġistra pajjiżna u qal li, kieku l-finanzi tal-Gvern ma tjiebux, żgur ma kienx ikun f’pożizzjoni li jippreżenta budget bħal dan.

“M’għandniex inċekknu t-tifsira tas-surplus għax mhix ħaġa li tintlaħaq b’mod awtomatiku u li għax ilħaqnieh mhux se nagħtu iżjed kasu. L-użu tal-finanzi tal-Gvern hi ġlieda li l-Gvern jagħmel ta’ kuljum biex ma jkunx hemm piż żejjed fuq il-poplu, għax il-flus huma tat-tax payers”, sostna l-Ministru Edward Scicluna.

Il-Ministru għall-Finanzi kkonkluda li dan is-suċċess finanzjarju flimkien mas-surplus jikkonfermawh il-Fond Monetarju Internazzjonali u għadd ta’ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali.

 

Thursday 26th October 2017

 

,

2 responses to “MALTA: INLESTU GĦALL-FUTUR”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *