Mhux ta’ min joqgħod fuq l-Oppożizzjoni biex tinterpreta statistika


Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qed jallega li l-Ministru għall-Finanzi, l-Professur Edward Scicluna, fil-Parlament qal li l-istatistika tal-Economic Survey mhux ta’ min joqgħod fuqha.

 

eurocalculatorglasses

 

L-istqarrija naqset milli tirriproduċi l-ispjegazzjoni tal-Ministru Scicluna fejn, waqt id-diskussjoni dwar l-estimi tal-Ministeru tiegħu, qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil uża statistika b’mod ħażin meta ddikjara li l-pagi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena waqgħu b’mod reali.

 

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

 

Din l-asserzjoni ġiet ibbażata fuq numru żgħir ta’ azjendi magħżula minn fost dawk li ffirmaw il-ftehim li kollettiv tagħhom matul sena partikolari. Peress li l-ftehim kollettivi jsiru għal medda ta’ snin, il-kampjun ta’ sena partikolari ma jista’ qatt jitqabbel ma’ tas-sena ta’ wara għax ikunu kampjuni minn azjendi kompletament differenti.

Fil-fatt, l-Economic Survey, f’paġna 101 b’mod ċar jammonixxi li:

 

t-tabelli u d-data ppreżentati f’dan il-kapitlu ma jistgħux jiġu mqabbla direttament ma’ dawk ippublikati fl-Economic Surveys ta’ qabel. Tali komparazzjoni diretta hija mxekkla mill-metodoloġija u proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, l-aktar minħabba l-inklużjoni ta’ azjendi ġodda u t-tneħħija ta’ oħrajn.

 

Fil-Parlament, il-Professur Scicluna spjega li meta l-istess pubblikazzjoni tirraporta iż-żieda fis-salarji għall-azjendi fis-setturi kollha tal-ekonomija hekk kif imkejla fin-National Accounts tal-pajjiż, il-prassi aċċettata fl-ekonomija hija li tintuża din l-istatistika fattwali u mhux kampjun użat għal tbassir.

Fil-fatt skont din l-istatistika li tinstab f’paġna 22 tal-Economic Survey, il-paga medja nominali żdiedet bi 3.8% f’termini nominali, jiġifieri €14.90 fil-ġimgħa, u 3.2% f’termini reali.

Dan l-atteġġjament ma jawgura xejn tajjeb, speċjalment fid-dawl tal-allegazzjoni inkwetanti tal-Oppożizzjoni li fl-istess stqarrija, li l-aġenzija MISCO twettaq surveys parzjali li jkopru biss l-industriji li introduċew gvernijiet Nazzjonalisti tal-passat.

 

– Saturday, 5th November, 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *