PL Press Conferences – Monday, 28th January, 2013


Professor Edward Scicluna MEP and Labour candidate for the 5th and 8th district is working through a very busy schedule with his election campaign.

On Monday 28 January Prof. Scicluna joined Labour leader Dr Joseph Muscat when he addressed a Press Conference during which 8 proposals to incentivise businesses and families were announced.  Also present was Perit Karmenu Vella.

On the same day Prof. Edward Scicluna addressed a Press Conference along with Perit Karmenu Vella during which the Labour Party reacted to the costings of the PN electoral program. Prof. Scicluna said that these projections are based on assumptions and are incredible and unbelievable.

 

Il-kandidat Laburista għall-5 u t-8 distrett l-Ewroparlamentari l-Professur Edward Scicluna kompla bil-kampanja elettorali impenjattiva tiegħu.

Nhar it-Tnejn 28 ta’ Jannar il-Professur Edward Scicluna kien flimkien mal-mexxej Laburista Dr Joseph Muscat meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar 8 proposti biex jinċentiva l-intrapriża u lill-familji. Preżenti wkoll kien hemm il-Perit Karmenu Vella.

Fl-istess jum  Il-Professur Edward Scicluna indirizza Konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Perit Karmenu Vella li matulha ta r-reazzjoni tal-Partit Laburista għall-costings  tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Il-Prof Scicluna qal li dawn il-costings huma bbażati fuq suppożizzjonijiet inkredibbli li ma jitwemmnux.

8 Proposti sabiex jinċentivaw l-intrapriża u lill-familji

 

Konxji li ħafna ħaddiema, studenti u pensjonanti jħossu l-bżonn li jaħdmu part-time biex itejbu  d-dħul finanzjarju tagħhom, ser innaqqsu t-taxxa fuq il-part-time. Dan ser nagħmluh billi ngħollu minn €7,000 għal €10,000 l-ammont taxxabbli bir-rata ta’ 15%.

Din kienet waħda mill-proposti mħabbra mill-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien ma’ Karmenu Vella u Edward Scicluna, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-Ħamrun.

Joseph Muscat elenka kif din il-proposta ser tkun applikabbli għal min jaħdem full time u part-time kif ukoll għal studenti u pensjonanti li jaħdmu part-time, l-individwi li jammontaw għal madwar 20,000, ser igawdu minn €300 fis-sena permezz ta’ din il-miżura. Il-Mexxej Laburista qal li s-celing ta’ €7,000 ilu ma jiċċaqlaq 14 -il sena, sa mill-1999. B’din il-miżura ser inkunu qegħdin nippremjaw lil min jaħdem u se nkunu qegħdin inżidu d-dħul tal-Gvern, għax dak li jkun ser ikollu inċentiv sabiex jiddikjara d-dħul tiegħu, saħaq Joseph Muscat.

Proposta oħra li ħabbar il-Mexxej tal-Partit Laburista hija dwar il-Family Buisness Act, fejn Gvern Ġdid ser ikun qiegħed idaħħal din il-liġi sabiex jiffaċiilita u jinċentiva t-trasferimenti ta’negozju bejn membri tal-familja. Joseph Muscat qal li s-sitwazzjoni bħalissa hija li bosta negozji tal-familja, ikollhom diversi problemi meta jkun hemm trasferimenti tan-negozju, din il-proposta ser tgħin sabiex tindirizza din is-sitwazzjoni.

Gvern Ġdid ser ikun qiegħed jinkoraġixxi, flimkien mas-settur privat, inizjattivi ta’ Venture Capital Funds li jipprovdu fondi inizjali ta’ kapital għall-kumpaniji partikolarment dawk żgħar u medji jew li għadhom deħlin fis-suq b’ideat ġodda u innovattivi, u għall-oħrajn li jridu jippenetraw swieq ġodda, qal Joseph Muscat.

Żewġ proposti oħra li ħabbar il-Mexxej tal-Partit Laburista bl-iskop li jgħinu lin-negoZji jitrattaw Start up tax credit u għajnuna sabiex negożji zgħar jikbru. Joseph Muscat qal li sabiex ninkoraġġixxu aktar nies jiftħu negozju u magħhom iħaddmu n-nies, ser nagħtu start-up tax credit ta’ €5,000 relatat mal-ammont tal-investiment u l-pagi tal-ħaddiema fl-ewwel sentejn tal-operat tan-negozju. Dan it-tax credit ikun jista jintuża fuq perjodu ta’ erba’ snin u mhux ser tnaqqas xejn mid-dħul preżenti tal-Gvern.

149345_536400199723959_2140628826_nDwar aktar għajnuna biex negozji żgħar jikbru, Joseph Muscat ħabbar li persuni li jaħdmu full-time, studenti jew pensjonanti li jkollhom ukoll negozju bħala part-time, u li miegħu jkunu jħaddmu sa mhux aktar minn 2 ħaddiema, ser jibdew igawdu minn rata ta’ taxxa  orħos ta’15% fuq l-ewwel €12,000. Il-Mexxej Laburista saħħaq li din il-miżura ser tħalli aktar flus fil-but tan-nies, u ser tinċentiva t-tkattir ta’ negożji żgħar filwaqt li tagħti inċentiv lin-negozji micro jimpjegaw in-nies u jħallsu rata ta’ taxxa li ser tgħin sabiex tnaqqas l-evażjoni.

Proposta oħra hija dwar it-taħrig tal-ħaddiema, fejn Joseph Muscat ħabbar li se jingħata tax credit ta’ 150% tal-ispiża tat-taħriġ lil min iħaddem, jekk it-taħriġ jingħata lil persuna li ma tkunx impjegata u li sussegwentament tiġi impjegata wara li jingħatalha t-taħriġ jew jekk it-taħriġ jingħata lill-ħaddiema li jgħinhom itejbu l-kapaċitajiet tagħhom.

Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar l-irwol tal-privat, u qal li jemmen fil-kapaċijiet tagħhom, u għalhekk Gvern Ġdid jippromwovi u jħaddem fil-prattika aktar dan il-kunċett f’oqsma differenti u ġodda. Il-Kapaċijiet tas-settur privat jistgħu jwasslu għal għajnuna akbar fl-ekonomija filwaqt li jkun hemm aktar ħolqien ta’ opportunitajiet, tkattir ta’ ġid ekonomiku, aktar postijiet tax-xogħol u investimenti ġodda.

Proposta oħra li tkellem dwarha Joseph Muscat titratta l-parteċipazzjoni ta’ aktar nisa fid-dinja tax-xogħol. Il-Mexxej Laburista qal li Gvern Ġdid kemm il-darba jingħata l-fiduċja ser ikun qiegħed jagħti tax-credit ta’ €2,000 lil kull mara li tidħol fid-dinja tax-xogħol u li għandha ħamsa u tletin sena jew aktar u li ma tkunx ħadmet qabel.

Din il-miżura hija komplimentari ma miżuri oħra li tħabbru aktar qabel, u mhux ser tnaqqas id-dħul tal-Gvern izda eventwalment ser iżied id-dħul tal-Gvern aktar il’quddiem qal Joseph Muscat.

Joseph Muscat qal li dawn il-proposti ser jistimulaw l-ekonomija u huma msejsa sabiex joħloq il-ġid.

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 


MTL Primary Logo timesofmalta_logo  onewnews  orizzont_logo

 

– Monday, 28th January 2013.

,

One response to “PL Press Conferences – Monday, 28th January, 2013”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *