Finanzi tal-pajjiż jinsabu f’sitwazzjoni tajba ħafna


Hu fatt magħruf li l-ekonomija Maltija qed tikber b’livelli rekord. Hu proprju għalhekk li l-ispiża tal-gvern kibret peress li din is-sena qed jidħlu l-miżuri mħabbra fl-aħħar baġit kif ukoll iż-żidiet fil-pagi tal-ħaddiema tal-gvern. Bħal kull sena, kuntrarjament għal dak li kien jiġri qabel, fi żmien gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista, dan il-gvern qed iwettaq il-wegħdiet tiegħu li saru fil-baġit preżentat is-sena l-oħra u kif ġara bħal kull sena sa mill-2013. Dan il-gvern, baġit wara baġit, sena wara sena, daħħal miżuri ġodda biex jgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn kif ukoll miżuri oħra li permezz tagħhom kienet xprunata ’l quddiem l-ekonomija ta’ pajjiżna. Għalhekk ikun għaqli li l-Partit Nazzjonalista jinforma lill-poplu x’jixtieq eżatt. Jixtieq li l-gvern ma jdaħħalx miżuri ġodda? Jixtieq li ma jimplimentax id-diversi ftehimiet kollettivi u/jew settorjali tal-ħaddiema tiegħu?

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-gvern jixtieq iserraħ ras l-Oppożizzjoni li l-finanzi tal-pajjiż jinsabu f’sitwazzjoni tajba ħafna kif ikkonfermati għal kemm-il darba minn diversi aġenziji ta’ kreditu u li l-miżuri li ħabbar il-gvern fl-aħħar baġit huma msejsa fuq kalkoli tajbin fejn il-miri għal din is-sena mistennija jintlaħqu wkoll. Dan hu gvern għaqli li ma jitfax piż fuq uliedna jew ulied uliedna iżda hu gvern li lil uliedna u lil ulied uliedna jagħtihom l-aqwa opportunitajiet biex ikollhom futur aħjar ħalli jimirħu ’l quddiem.

23 ta’ Marzu 2019


2 responses to “Finanzi tal-pajjiż jinsabu f’sitwazzjoni tajba ħafna”

  1. great ρoints altogether, you simply won a emblem new гeaԀer.
    What mɑy you suggest ɑbout your submit that yoս just made a few
    days ago? Any sure?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *