Meta indirizza l-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi staqsa lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr Joseph Muscat jekk, biex inaqqas id-dejn, hux qed jippjana li jzid it-taxxi kif issugerrixxa l-Ewro-Parlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna.
Jiena nichad bil-qawwa kollha din l-istqarrija tal-Prim Ministru li hija ghal kollox bla bazi u l-ghan taghha kienet biss mossa biex tigi zvijjata l-attenzjoni.
Waqt id-dibattitu dwar il-bagit li kien ghaddej fil-media jiena ktibt artikli, tajt intervisti u dehert ukoll fuq diversi programmi fuq it-televizjoni. Jidher li dan ta fastidju bil-kbir lill-Prim Ministru. L-ispjega dettaljata tieghi ta’ kif il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed thares lejn il-bagit wara l-ittra ta’ twissija, u li l-proporzjon tad-dejn li huwa progettat li se jkompli jikber kellhom ikunu l-iktar haga li l-kellu jiffoka fuqhom l-bagit, zgur ma nizlitx tajjeb mal-Prim Ministru.
Grazzi ghat-teknologija tal-lum dawn il-kontribuzzjonijiet huma accessibli ghal kulhadd u jistghu jigu ivverifikati ghall-kontenut taghhom. B’hekk jiena qed nisfida lill-Prim Ministru biex jikkwota l-kliem ezatt li jiena ghidt u li fl-immaginazzjoni fertili tieghu huwa fehem li jiena tajt parir biex jizdiedu t-taxxi fuq l-industrija f’dan iz-zmien tas-sitwazzjoni ekonomika taghna.
L-unika okkazjoni fejn min kien qed jintervistani ipprova ippoggi kliem f’dan is-sens f’halqi kien, ohrog il-ghageb, il-programm Bondi+ fejn kienet qed tigi diskussa l-estensjoni tal-leave tal-maternita. Meta jiena irrimarkajt li kuntrarjament ta’ pajjizi ohra Ewropej, Malta thoss li l-ispiza kollha tal-leave tal-maternità jgorruha kollha dawk li jimpjegaw haddiema nisa, jiena ghidt ukoll li f’pajjizi ohra l-ispiza hija ta’inqas piz u inqas diskriminatorja ghax il-piz huwa maqsum. Kien f’dan il-mument li dak li kien qed jintervistani, u instigat mill-Ministru tal-Finanzi Toni Fenech b’mod vizibli u li jinstema, staqsini jekk jiena hux nissugerixxi li din l-ispiza ghandha tizdied mal-bolla.
Jiena wegibt li mhux dak li qed nissuggerixxi. Waqt il-battibekk dwar dan il-punt, jien irripetejt ghal diversi drabi li dan il-piz diga’ jezisti fuq l-industrija, u ghalhekk l-ebda pizijiet godda ma kienu qed jigu suggeriti. Li l-piz ezisteni jigi maqsum ma jfissirx zieda fit-taxxi jew fil-bolla. Huwa mod wiehed ta’ kif il-piz ezistenti isir ehfef ghal min jimpjega. Galadarba din hija kwistjoni li tikkoncerna biss lil min ihaddem hija ovvja li din trid tigi solvuta bejniethom u mhux imposta mill-gvern.
Hija haga cara li l-gvern qed isir isteriku ghax jinsab dahru mal-hajt. Is-sitwazzjoni li ninsabu fiha fil-prezent hija akkumulazzjoni ta’ hafna zbalji ekonomici li saru fil-passat. Ikun hafna ahjar ghall- Prim Ministru li jaghti kaz l-ittra ta’ twissija li baghtlu Il-Kummissarju Ewropew Ohli Rehn fejn il-gvern, sa Dicembru, jrid juri li l-mizuri fiskali tieghu huma ‘sufficjenti’, ‘permanenti’ u ‘konvincenti.
Billi jizvija l-attenzjoni mill-hidma tieghu u jivvinta stqarrijiet redikoli kif ghamel f’dan il-kaz il-problemi politici u ekonomici mhux ser jisparixxu.
————————
It-Tnejn – 21 ta’ Novembru 2011