Labour MEP Professor Edward Scicluna addressed a group of young journalists from around Europe on the role of the European Parliament on Friday 6th July. Professor Scicluna fielded several questions from the young journalists. The discussion covered issues including how austerity is affecting the European attitude towards showing solidarity with each other, the link between immigration and the economy and the emerging conflict between northern and southern European countries as well as the European Parliament views on immigration in Europe. The meeting took place at the European Parliament Office in Valletta. The journalists, who are members of the European Youth Press are in Malta for a week long training conference themed ‘Immigration from the lens of Objectivity’ organised in collaboration with the Malta Youth Press.
Professur Edward Scicluna jindirizza ġurnalisti mill-European Youth Press
Il-Membru Parlamentari Ewropew laburista il-Professur Edward Scicluna nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju indirizza grupp ta’ ġurnalisti żgħażagħ minn madwar l-Ewropa f’laqgħa li saret fl-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-belt Valletta. Il-Professur Scicluna tkellem fuq il-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew u dwar kif jaħdem dan il-Parlament. Il-Professur Scicluna wieġeb numru ta’ mistoqsijiet tal-ġurnalisti żgħażagħ dwar diversi suġġetti fosthom l-effetti tal-awsterita’ fuq l-attitudni tal-Ewropej dwar is-solidarjeta’ ma’ xulxin. Iddiskutew ukoll ir-rabta bejn l-immigrazzjoni u l-ekonomija u l-konflitt li qed ifeġġ bejn il-pajjiżi tan-naħa ta’ fuq u ta’ isfel ta’ l-Ewropa. Ġie diskuss ukoll il-mod kif il-Parlament Ewropew iħares lejn l-immigrazzjoni fl-ewropa. Il-ġurnalisti żgħażagħ Ewropew jinsabu Malta fejn qed jieħdu sehem f’konferenza ta’ taħriġ bit-tema “L-immigrazzjoni mill-lenti tal-Oġġettivita’”. Il-konferenza li se ddum ġimgħa qed issir b’kollaborazzjoni mal-Malta Youth Press.
– gallery –
[nggallery id=90]
– TVM News –
– Friday, 6th July, 2012