Qabda rekord ta’ 64 miljun sigarett tal-kuntrabandu f’disa’ kontejners ikonfiskati mid-Dwana ta’ Malta


Id-Dwana Maltija dan l-aħħar, wara jiem ta’ investigazzjoni u osservazzjoni, għamlet qabda rekord ta’ 64,000,000 sigarett tal-kuntrabandu, li kienu destinati għall-Ewropa. Disa’ kontejners ta’ 40 pied kull wieħed inqabdu fil-Freeport fi triqithom mill-Asja lejn pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropeja.

64millionIl-kontejners kienu dikjarati bħala li fihom għamara u ġugarelli tat-tfal, iżda barra dawn l-oġġetti nstabu wkoll is-sigaretti msemmija bla ma kienu ddikjarati. Id-disa’ kontejners ġew konfiskati mid-Dwana, bis-sigaretti jkunu distrutti aktar ’il quddiem u l-oġġetti l-oħra jsiru tal-Gvern.

Tlieta mid-disa’ kontejners inqabdu wara studju bir-reqqa mill-uffiċjali tad-Dwana fuq dokumentazzjoni li dehret suspettuża, segwit bl-użu ta’ apparat tal-iscanning. Dan wassal għas-sejba ta’ sitt kontejners oħra b’sigaretti moħbija li kienu qed jinġarru bl-istess mod.

Bir-rati lokali, il-qabda tas-sigaretti kienet tinvolvi dazji u taxxi ta’ aktar minn €12-il miljun.

 

 

 

timesofmalta_logo  maltatoday_logo

iNews_Logo  tvmnews_logo  maltaindependent_logo

– Wednesday, 6th August, 2014

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *