F’konferenza stampa fil-bini fejn jiltaqa’ l-Public Contracts Review Board (PCRB), il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ġie ppreżentat b’rapport ta’ ħidma mill-PCRB għas-sena 2016. It-tliet istituzzjonijiet iltaqgħu għall-ewwel darba flimkien sforz ix-xogħol tagħhom li jirrigwardja l-infiq pubbliku.
Iċ-Chairman ta’ PCRB Dr Anthony Cassar qal li fis-sena 2016 l-effiċjenza żdiedet – fejn qabel iż-żmien ta’ meta jidħol appell sa meta toħroġ is-sentenza kien jieħu sitt ġimgħat, issa niżel għal ħmistax-il ġurnata biss. Dr Cassar semma wkoll ir-rata applikabbli ta’ €12,000 u aktar biex jinfetaħ appell, u li issa tnaqqset għal €5,000.
Id-Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Kuntratti Anthony Cachia qal li l-għan hu li jkun hemm strutturi neċessarji biex ix-xiri pubbliku jimxi bi prinċipji ta’ trasparenza u bla ebda diskriminazzjoni, bi trattament ugwali u b’għarfien reċiproku. Is-Sur Cachia fisser li d-Dipartiment tal-Kuntratti wettaq għadd ta’ miżuri biex inaqqas il-burokrazija żejda, u issa l-proċess tax-xiri pubbliku sar eħfef, iqsar u aktar sempliċi.
Iċ-Chairperson tal-Commercial Sanctions Tribunal Denise Vella qalet li t-tribunal hu struttura pjuttost riċenti mwaqqfa fl-2015 mill-Ministeru għall-Finanzi. Dan it-tribunal, spjegat is-Sinjura Vella, għandu l-poter li japplika sanzjonijiet kummerċjali għall-kumpaniji li jaġixxu u jippersistu b’ċertu aġir fil-qasam kummerċjali. Dan it-tribunal iservi biex isaħħaħ l-isforzi tal-Gvern kontra l-prekarjat f’pajjiżna.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li dawn it-tliet istituzzjonijiet indipendenti jagħmlu xogħol importanti li josserva l-infiq tal-flus tal-poplu. “L-infiq pubbliku jirrikjedi proċess iktar meqjus, iktar ristrett u iktar regolat”, spjega l-Ministru. L-għan tal-Contracts Committee għalhekk hu li jżomm it-trasparenza, il-kontabbiltà u l-effiċjenza.
Fis-sena 2016, kompla l-Ministru Scicluna, daħlu 130 appell li nstemgħu fi żmien qasir, filwaqt li rrefera għat-twaqqif tal-Commercial Sanctions Board f’qafas Ewropew li ġie introdott biex jiskoraġġixxi x-xogħol prekarju.
“Dawn it-tliet istituzzjonijiet huma indipendenti però flimkien iwasslu biex pajjiżna jkun effiċjenti u għalhekk kompetittiv”, ikkonkluda l-Ministru għall-Finanzi.
23.06.2017
2 responses to “Tliet istituzzjonijiet jagħtu rendikont ta’ xogħolhom lill-Ministru Edward Scicluna”
I don’t think the title of your article matches the content lol. Just kidding, mainly because I had some doubts after reading the article.
Muchas gracias. ?Como puedo iniciar sesion?