Fi żjara li saret fl-uffiċini tal-MITA f’Santa Venera, il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna u s- Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo ltaqgħu mal-bord tad-diretturi mmexxi mis-Sur Tony Sultana. F’din iż-żjara l-Ministru Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo ġew mgħarrfa bil-proġetti li huma ppjanati li jsiru mill-aġenzija li toffri servizzi relatati mat-teknoloġija lill-gvern u l-entitajiet tiegħu.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI
Il-ministru u s-segretarju parlamentari faħħru l-impenn tal-MITA li tkompli tiġġedded u timmodernizza sabiex dejjem jkollna l-aħjar teknoloġiji diġitali biex is-settur pubbliku joffru l-aħjar servizz liċ-ċittadin.
L-Erbgħa 19 ta’ Frar 2020