Fl-ahhar jumejn ta’ Ottubru li ghadda s-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda, Ban Ki-Moon sejjah laqghat fi New York bejn il-President ta’ Cipru, u l-President tar-Repubblika Ciprijotta Torka bilghan li tinsab soluzzjoni ghall-qasma Ciprijotta. Il-qasma ta’ Cipru bejn il-komunita Ciprijotta/Griega u dik Ciprijotta/Torka issa ilha mill-1974, minn meta saret l-invazjoni Torka. Minn dakinhar sal-lum il-parti ta’ fuq ta’ Cipru baqghet okkupata mit-Torok u f’Novembru 1983 din il-parti giet dikjarata bhala r-Repubblika tat-Tramuntana ta’ Cipru, li hija rikonoxxuta biss mit-Turkija. Tul is-snin saru diversi attentati biex tinstab soluzzjoni, imma ma wasslu ghal imkien.
Fl-istess jiem tal-laqghat f’New York, kienet qed izzur Cipru delegazzjoni mill-Parlament Ewropew li kienet tinkludi lill-Ewroparlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna. Prof Scicluna tratta dan kollu fil-programm televiziv L-MEP U INT fuq Smash TV u li xxandar il-Gimgha, 4 ta’Novembru, 2011.