L-Imsieħba Soċjali kollha kellhom kliem ta’ tifħir għall-preżentazzjoni li għamel il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li għall-ewwel darba tmexxiet minn John Bencini li nħatar bħala Ċermen.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna f’kummenti li ta lill-ġurnalisti wara li ntemmet il-laqgħa qal li huwa spjega lill-imsieħba soċjali dwar il-baġit li se jkun ippreżentat nhar it-Tnejn fil-Parlament u s-sitwazzjoni ekonomika kif inhi fil-preżent. Huwa qal li huwa għamilha ta’ messaġġier u rrapporta dak li ħareġ mit-teżor u mill-istatistika. Huwa qal li huwa ta’ diżappunt li d-defiċit huwa ikbar milli kien qed jingħad, però se jħarsu lejn il-futur b’kuraġġ li mhux xi ħaġa li ma jkunu ikkontrollat. Il-Professur Scicluna qal li se jħarsu ’l quddiem biex itejbu l-finanzi tal-Gvern bi programm ċar u li jibqa’ sejjer sal-2016.
Before MCESD Meeting
Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-figuri reali huma li parti mill-fond konsolidat li ħarġu fl-istatistika huma li huma. “Il-parti magħrufa bħala l-Gvern estiż għadhom ma ġewx ippubblikati u sfortunatament nibżgħu li dawn ikunu qabżu t-3% u jispera li ma jkunux qabżu ħafna aktar minn 3% biex din is-sena stess dan jinżel taħt it-3% u ’l quddiem il-pajjiż imur għal bilanċ f’dak li huma l-finanzi tal-Gvern u ma jkollnix iktar defiċit,” qal il-Ministru.
Il-Profs. Scicluna qal li mal-imsieħba soċjali se jkun trasparenti għax jemmen li kemm fil-Parlament kif ukoll fi ħdan l-MCESD dan huwa importanti. Huwa saħaq li se jkun qed jiddiskuti fil-miftuħ il-qafas tal-baġit li ġej għax flimkien irridu naslu.
Fl-aħħarnett huwa qal li l-wegħdiet li saru fil-baġit se jinżammu inkluż li dawk li qegħdin bil-paga minima biss inkluż il-bonus mhumiex se jħallsu taxxa tad-dħul.
Ħafna mill-miżuri se jidħlu fis-seħħ b’lura mill-1 ta’ Jannar u oħrajn jiġu fis-seħħ meta jgħaddi l-baġit.
After MCESD Meeting
[nggallery id=124]
Photographer: Roger Azzopardi, Union Press
– www.inewsmalta.com : Friday, 5th April, 2013
3 responses to “L-Imsieħba soċjali pożittivi dwar il-proposti tal-Gvern [Watch]”
Taneja, MD, NYU Langone Medical Center, New York, NY AUA; Herbert Alberto Vargas, MD, Memorial Sloan Kettering Cancer Center, New York, NY ASCO priligy generic A dose of 100 300 mg daily is usually required
generic of cytotec 5 mg of vitamin E daily for 2 months has been used
Поиск в гугле