Il-MPE Laburista l-Professur Edward Scicluna żar il-Festival Agrarju tal-Patata li nżamm għall-ewwel darba l-Ħadd 27 ta’ Mejju 2012 fil-Ġnien tal-Warda, Il-Qrendi. Huwa kellu l-opportunità li jiddiskuti s-settur agrikolu ma’ numru ta’ bdiewa li kienu qed jesibixxu l-prodotti fil-wirja. Is-Sindku tal-lokal, is-Sur Carmel Falzon ġentilment akkumpanja lil Prof. Scicluna madwar il-post kif ukoll il-Ġnien tal-Kmandant fejn kien ferm impressjonat bis-sbuħija ta’ dan il-Ġnien u l-mod ferm tajjeb li jiġi miżmum. Dan il-ġnien imbena fil-bidu tas-seklu dsatax. Kienet interessanti ħafna, fost esibiti oħra, il-wirja tal-makkinarju modern li jintuża għaż-żriegħ u l-qliegħ tal-patata u biex tiġi ppakkjata.
Ħajr lill-organizzaturi li wrew ix-xogħol siewi u ta’ sagrificcju tal-bdiewa Qrendin.
– – –
Agrarian Potato Festival
Labour MEP Prof Edward Scicluna visited the Agrarian Potato Festival (Festival Agrarju tal-Patata) which was held for the first time on Sunday, 27 May in Ġnien tal-Warda at il-Qrendi. He took the opportunity to discuss the agricultural sector with a number of farmers who were exhibiting their products in the show. The local Mayor, Mr Carmel Falzon, kindly showed Prof. Scicluna round the site as well as round Ġnien tal-Kmandant where he was very impressed by the beauty of the garden and the way it was maintained. This garden was built early in the ninteenth century. Of particular interest was an exhibition of modern machinery used to sow, harvest and package potatoes.
Many thank to the organisers who managed to highlight the valuable work and sagrifices made by the agricultural community of Il-Qrendi.
[nggallery id=84]
– Sunday, 27 th May, 2012.