Il-programm L-MEP U Int tal-Gimgha, 24 ta’ Dicembru, 2010, lejliet il-Milied, kellu tema totalment differenti mill-programmi tas-soltu. Fil-programm ma gie diskuss ebda suggett marbut ma’ hidmet l-Ewroparlamentari Laburista l-professur Edward Scicluna fi Brussels u Strasbourg. Gie diskuss il-Milied … kif jarah Prof Scicluna mil-lenti ta’ tfulitu sal-lum.
L-MEP u Int jixxandar kull nhar ta’ Gimgha fuq Smash TV fis-7.20 p.m. b’ripetizzjoni l-Hadd ta’ wara fis-5.40 p.m.